Udinese v Milan 3-1
Rebħa sorprendenti għal Udinese kontra Milan fil-Dacia Arena bl-iskor finali jkun 3-1.
Udinese ħasdu lill-avversarji tagħhom wara 9 minuti logħob meta fetħu l-iskor permezz ta’ konklużjoni angolata mil-lemin minn Lazar Samardzic minn pass ta’ Pereyra.
Ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima tkeċċa l-kowċ ta’ Udinese Andrea Sottil wara li pprotesta mar-referee Daniele Doveri.
Milan sabu x-xibka għal gowl tad-draw ftit sekondi wara minn penalty mogħti mill-attakkant veteran Zlatan Ibrahimovic li wasal minn handsball kommess minn Bijol.
Il-gowls komplew ġejjien fl-ewwel taqsima hekk kif Udinese marru fil-vantaġġ għat-tieni darba fil-partita żewġ minuti wara li sofrew il-gowl ta’ Ibrahimovic. Bil-gowl ta’ Beto jkun l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima, ir-referee jsaffar għal ħin tal-mistrieħ.
Udinese rduppjaw il-vantaġġ fis-70 minuta permezz ta’ Kingsley Ehizibue li ddepożita f’lasta vojta minn kross insidjuż tad-difensur laterali Udogie.
Monza v Cremonese 1-1
Fi Stadio Brianteo draw bejn Monza u Cremonese bl-iskor finali jkun 1-1. Riżultat li jiffavorixxi l-iżjed lil Cremonese fil-ġlieda tagħhom kontra r-relegazzjoni.
Kienu propja Cremonese li fetħu l-iskor fil-61 minuta permezz tal-attakkant prolifiku Daniel Ciofani li għeleb lil Di Gregorio b’konlużjoni kalma minn pass ta’ Castagnetti.
Id-difensur laterali Carlos Augusto kien l-awtur tal-gowl tad-draw fid-69 minuta li sab ix-xibka minn kross fil-baxx ta’ Ciurra.
Salernitana v Bologna 2-2
Parità oħra din id-darba bejn Salernitana u Bologna bll-iskor finali jkun 2-2.
Bologna ma damux ma marru fil-vantaġġ hekk kif Lorenzo Pirola xeħet ġewwa permezz ta’ daqqa ta’ ras b’saħħita minn korner ta’ Candreva.
L-Iskoċċiż Lewis Ferguson sab ix-xibka għal gowl tad-draw ftit minuti wara hekk kif għeleb lil Skorupski minn pass ta’ Kiriakopoulos.
B’żewġ gowls fl-ewwel kwarta tal-partita ż-żewġ timijiet daħlu għal ħin tal-mistrieħ f’parità.
Fl-64 minuta Salernitana kisbu l-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita, b’din id-darba Bouyale Dia jniżżel ismu mal-iskorers meta approfitta ruħu minn żball tad-difiża ta’ Bologna fil-kaxxa u xeħet ġewwa bla ebda diffikultà.
Bologna għamlu l-iskor indaqs fit-73 minuta permezz ta’ Charalampos Lykogiannis li sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras minn korner ta’ Kiriakopoulas.
Riżultati:
Ilbieraħ
Sassuolo 1-0 Spezia
Atalanta 2-1 Empoli
Illum
Monza 1-1 Cremonese
Salernitana 2-2 Bologna
Udinese 3-1 Milan
Għada
Sampdoria v Hellas Verona 12:30pm
Fiorentina v Lecce 3:00pm
Torino v Napoli 3:00pm
Lazio v Roma 6:00pm
Inter v Juventus 8:45pm