Lokali

“Wegħduna sptar ‘state of the art’ u tawna barumbara” – l-Avukat Franco Debono

“Wegħduna sptar state of the art u tawna barumbara.” Din hija l-kritika ħarxa li qed issir fil-kronfont tal-Gvern Laburista fir-rigward tad-deal li għamel ma’ Vitals u Steward – ftehim li ġie kundannar mill-Qorti b’decizjoni cara tal-Imhallef Francesco Depasquale.

F’diskussjoni waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103, l-Avukat Franco Debono qal li l-Gvern ma żammx kellmtu f’dak li wiegħed għas-settur tas-saħħa f’pajjiżna. U kien hawn li kritika b’qawwa l-mod kif saru l-affarijiet.

Min-naħa tiegħu l-Avukat uPerit Robert Musumeci, meta kien mistoqsi mill-Professur Andrew Azzopardi jekk il-Gvern għamilx ‘pudina’ f’dan id-deal… għażel li ma jweġibx, u jdawwar id-diskors. 

Robert Musumeci mar għal din id-diskussjoni politika sempliciment biex iwassal in-narrattiva tal-Partit Laburista u jipprova jiġġustifika l-ħażin li sar min-naħa tal-Gvern ta’ Robert Abela. Anzi, wasal biex jgħid li l-Gvern ma ġiex ikkundannat mill-Qorti – xi ħaġa li hi fattwalment skorretta.

Tant li l-avukat Debono kwota partijiet mis-sentenza tal-Imħallef Francesco Depasquale, fejn f’din is-sentenza ħarġet ċara l-inkompetemza li kien hemm f’dan id-deal minn naħa tal-Gvern Laburista.

Intant, meta fid-diskussjoni issemmiet il-liġi li se ddaħħal l-abort f’pajjiżna, Franco Debono qal li l-Gvern daħal fi sqaq fuq l-abort – liġi li issa donnha tpoġġiet fil-ġenb u ntesiet.