Futbol Sport

Barcelona jirbħu l-El Clasico u jkomplu jersqu viċin ir-rebħ ta’ La Liga


Barcelona 2-1 Real Madrid

Għal darb’ oħra Barcelona rebħu l-konfront dirett mal-avversarji diretti Real Madrid, rebħa li biha kkonsolidaw posthom fl-ewwel post f’La Liga b’66 punt kointra is-57 punt tal-Madrileni.

Wara biss disa’ minuti Real Madrid marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Vinicius Junior kien Ronald Araujo li kkommetta autogoal u għeleb lil Marc Andre’ ter Stegen. Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima l-iskor sar 1-1 wara li Sergi Roberto għeleb lil Thibaut Coutois.

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess minkejja li f’mumenti Barcelona kellhom aktar pussess.

Fil-81 minuta gowl ta’ Marco Asensio għal Real Madrid ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba li l-istess plejer irriżulta li kien offside.

Bil-partita destinata għad-draw fit-tieni minuta ta’ ħin miżjud Barcelona marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Alejandro Balde kien Franck Kessie li għeleb lil Courtois, b’dan ikun l-ewwel gowl tal-eks Milan f’La Liga.