Internazzjonali

Iżrael: Ġimgħa oħra ta’ protesti kontra r-riformi lill-Ġudikatura

Mhumiex qed jieqfu l-protesti tan-nies kontra l-pjani tal-Gvern biex inaqqas il-poteri u l-funzjoni tal-Qorti Suprema Iżraeljana.

Fil-fatt, qed jagħlqu ħdax-il ġimgħa d-dimostrazzjonijiet mill-Iżraeljani mgħaddbin għall-pjan tal-Prim Ministru tal-lemin, Benjamin Netanyahu, li hu akkużat b’li qed itellef l-indipendenza ġudizzjarja.

Fl-aħħar sigħat reġgħu ħarġu jipprotestaw l-għexieren tal-eluf tan-nies li ma jridu bl-ebda mod jaċċettaw ir-riformi għall-ġudikatura. Intant, Netanyahu, li qed ikun ipproċessat dwar akkużi ta’ korruzzjoni, qed jgħid li r-riformi jaħsbu biex jirristawraw bilanċ ta’  poter bejn il-Gvern u l-Ogħla Qorti Iżraeljana.

Il-protesti tal-massa konsistenti, issa, ħallew impatt fuq l-ekonomija ta’ Iżrael, waqt li numru ta’ riservisti tal-Armata anki qegħdin jheddu biex jinjoraw is-sejħet għal-lieva min-naħa tal-Gvern jekk is-sitwazzjoni ma titranġax.