Futbol Sport

S.K. Victoria Wanderers champions tat-Tieni Diviżjoni f’Għawdex

(Ritratt: Anaca Photography)

S.K. Victoria Wanderers rebħu l-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni f’Għawdex, u rritornaw fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Għawdxi, wara li s-Sibt wara nofsinhar iddominaw lil F.C. Għarb Rangers b’rebħa ta’ 5-0 u kisbu tliet punti oħra.

B’din ir-rebħa, S.K. Victoria Wanderers saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika b’35 punt, mentri Xaghra United jinsabu fit-tieni post b’29 punt.

Matul dan l-istaġun, S.K. Victoria Wanderers tilfu biss żewġ logħbiet u kisbu 2 draws, waqt li rebħu 11-il logħba. L-iskwadra ewlenija tal-klabb skurjat 33 gowl u sofriet biss 13-il gowl.