Futbol Sport

Sengela Athletic lura fiċ-Challenge League

(Ritratt: Joseph Borg)

Senglea Athletic kisbu l-punt li kellhom bżonn biex is-Sibt filgħaxija kisbu promozzjoni mill-Amateur League.

Senglea Athletic, immexxija mill-kowċ Edgar Degabriele, temmew fi draw ta’ 0-0 kontra Żabbar St. Patrick, f’konfront dirett mill-quċċata ta’ Grupp A, biex fetħu vantaġġ ta’ 5 punti b’logħba iktar.

Senglea Athletic iddominaw dan l-istaġun hekk kif tilfu biss logħba waħda, u kisbu 2 draws, f’20 logħba waqt li skurjaw 53 gowl u qalgħu biss 8.