Lokali Parlament

Aaron Mifsud Bonnici ħeba fil-PAC li kien involut fl-isptarijiet; jeħtieġ ruling

David Agius, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Agius qal li l-Avukat Aaron Mifsud Bonnici, li kien l-avukat tal-ex Ministru Konrad Mizzi, ħeba quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet pubbliċi (PAC) li minbarra dik il-kariga kien ukoll involut fil-każ tal-isptarijiet.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament David Agius sellem lill-ex Ministru Edwin Grech li miet ftit ilu u sostna li Edwin Grech bata’ f’ħajtu bil-qtil ta’ bintu Karin. Hu qal li din ittaqqlu bħala politiku għaliex is-soċjetà għadha tħoss l-effett ta’ din il-qtil kodard.

Jeħtieġ li l-pajjiż janalizza x’għamel u x’jista’ jagħmel biex qatt iktar ma jsiru dawn id-delitti waqt li jkun hemm għeluq għal dawn il-każi.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ lil Raymond Caruana u lil Daphne Caruana Caruana u staqsa x’investigazzjonijiet qed isiru biex il-pajjiż ma jerġax jgħaddi minnhom.

Id-deputat Nazjzonalista semma’ wkoll lil Bernice Cassar, Miriam Pace u Jean-Paul Sofia u qal li l-Oppożizzjoni qed titlob għal inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean-Paul Sofie.

M’hemmx flus u fibra politika? Minn x’hix qed nibżgħu biex issir inkjesta pubblika li tiffoka fuq ir-responsabbiltjaiet fix-xogħol? Sar studju dwar il-blat li fuqu sar il-bini?

Id-deputat Nazzjonalista kompla li ma jistax ikun li s-sitwazzjoni tad-droga tibqa’ għaddejja kif inhi u żied li f’Paceville hemm problemi dwar droga. Il-policy għadha fik tal-2008 li kienet tajba għal dawk iż-żminijiet iżda bla jeħtieġ titjib.

L-istess sitwazzjoni tinsab fil-qasam tal-kura tal-kanċer fejn jeħtieġ li jsiru l-investimenti meħtieġa. Jeħtieġ investiment fis-CDAU li jitratta l-iżvilupp tat-tfal, sostna David Agius, li kompla li l-pensjonanti m’għandux ikollhom l-ewwel ġimgħa tal-pensjoni mnaqqsa.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-FIAU u qal li jeħtieġ li l-FIAU ma tiqbax tagħmel kollox hi għaliex hemm 18-il każ quddiem il-qrati li fihom l-appell jista’ jnaqqas is-sentenzi b’mod drastiku. Għadhom isiru rifomi neċessarji fl-isfond ta’ demokrazija.

David Agius semma’ wkoll il-PAC u appella lill-Ispeaker biex jara x’qal l-Avukat Aaron Mifsud Bonnici li qal li ma kellu ebda kariga oħra ħlief li kien l-avukat tal-Ministeru tal-Enerġija u l-avukat personali ta’ Konrad Mizzi.

Issa jirriżulta li Mifsud Bonnici kien involut fil-VITALS. Dan ix-xhud inqabad jigdeb u għalhekk għandu jingħata ruling dwar dan, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li quddiem il-PAC ħafna nies qed jinsew.

Id-deputat Nazzjonalista qal li diġà hemm żewġ rapporti mill-Awditur Ġenerali dwar il-VITALS/Steward u issa se jkun hemm it-tielet wieħed iżda issa l-Prim Ministru talab rapport ieħor. Hu qal li hemm traċċi u provi fejn marru dawn il-flus fejn €26 miljun mill-€400 miljun marru f’konsulenzi.

David Agius qal li quddiem dawn is-sitwazzjonijiet, il-poplu Malti bilfors igerger. Hu sostna li s-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma jmorru biex jitħallsu tal-Electorags u f’17 Black. Dan filwaqt li d-djar tal-Imsida ilhom kif kienu snin twal ilu u għadhom mhux lesti.

Hu qal li ma jistax jifhem kif Steward se jitilqu minn Malta jekk il-gvern qed jgħid li għamlu tant ġid.

David Agius sellem lill-għalliema, lill-pulizija u lill-ħaddiema soċjali u espriema apprezzament għax-xogħol li huma jwettqu quddiem l-isfidi li jkollhom. Jeħtieġ iktar investimenti f’dawn is-settur u jsir pjan ċar bejn dawk kollha involuti.

Hu appella biex isiru l-investigazzjonijiet mill-Pulizija u sostna li l-gvern issa waqaf jiddiskuti d-dħul tal-abort. Jeħtieġ li l-PBS ma jibqax jiddiskrimina kontra l-PN, sostna David Agius, li kompla li tinqata’ l-ħela u jsir biss dak li hu ta’ ġid għas-soċjetà.