Il-Prim Ministru qed jibqa’ joħroġ għonqu u jiddefendi d-deal li għamel il-Gvern Laburista ma’ Vitals u Steward.. deal li kellu kundanna ċara mill-Qorti… deal li seraq lill-poplu Malti mill-inqas 400 miljun ewro.
It-Tnejn, wara laqgha tal-Kabinett, il-Prim Ministru baqa’ jirrepeti li Steward taw servizz lil pajjiż u baqa’ jiġġustifika dan id-deal frawdalenti. Tant li f’mument minnhom bilkemm ma qalx li mnalla kien hu biex ittieħdet azzjoni – għaliex fi kliemu stess, wera kemm kien sod.
Robert Abela qed jgħid li ħa azzjoni meta kellu twissija għal darba, darbtejn mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. Iżda dan mhu minnu xejn. Għax kieku verament ried jieħu azzjoni, kieku kien iwaqqaf dan il-kuntratt immedjatmaent u ma jibqax iħallu s-serq ta’ miljuni minn ħalq il-poplu Malti għal dawn it-tliet snin kemm ilu fil-poter.
U l-Prim Ministru, biex joħroġ mill-isqaq li jinsab fih, qed jipprova jagħti l-impressjoni li qed jaġixxi…. issa li spiċċa dahru mal-ħajt wara s-sentenza li ngħatat fil-Qorti fil-kawza li fetaħ id-Deput Nazzjonalista Adrian Delia.
Evidenti l-iskumdità fuq wiċċ il-Prim Ministru biex iweġeb għad-domandi li għamilnilu dwar dan id-deal skandaluż, hekk kif prova jagħti l-impressjoni li ma jafx meta ingħata l-aħħar pagament lil Steward.
//= $special ?>