Lokali Qorti

Akkużat illi qal lill-eks tiegħu li kien se joqtolha bħal Bernice Cassar

Twanny Buttigieg, residenti Bormla f’kamra mal-annimali, inżamm arrestat fuq akkużi ta’ fastidju, theddid, swat u li kkawża biża’ serja lill-eks mara tiegħu li magħha għandu tlett itfal, ta’ 20, 12 u 8 snin. Skont il-prosekuzzjoni, l-akkużat u l-allegata vittma ilhom ħames mhux flimkien u xorta waħda baqa’ jiffitaha.

Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li l-akkużat, li ma jaħdimx u għandu l-vizzju tad-droga, ta’ spiss iċempel lill-eks mara tiegħu u jitlobha l-flus. Kien għidilha li jekk ma tagħmilx dak li tgħidlu hi kien se jagħmilha l-istess bħal ma għamlu lil Bernice Cassar.

Theddid ieħor kien li jekk ma tagħtihx il-flus, se jweġġagħha u joqtol lilha u lill-familja tagħha. L-akkużat wieġeb mhux ħati, bid-difiża mmexxija mill-Avukat Mark Mifsud Cutajar titlob għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħdet din it-talba.