Lokali Qorti

Aktar minn €75,000 f’kumpens fuq ksur tad-drittijiet fondamentali lil sidien ta’ propjetà

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha ordnat lill-Avukat ta’ l-Istat biex jgħaddi kumpens ta’ aktar minn €75,000 lis-sidien tal-propjetà fil-Birgu li ilha tinkera sa mill-1962. Il-post kien qed jinkera lil persuna li kien jabita fih taħt titolu ta’ kera bejn l-1963 u l-1989 għal kera ta’ Lm30 fis-sena (madwar €70 fis-sena) u wara fl-1989 ġie mikri lil xi ħadd ieħor għal kera ta’ €203 fis-sena wara l-emendi tal-Att X tal-2009. Huma kienu qegħdin jgħidu li tali kera lanqas biss kienet biżżejjed għal xahar wieħed.

Il-kawża saret minn 10 werrieta tal-ġenituri Bonnici li ħallew din id-dinja u kienu huma li fetħu din il-kawża. Din id-deċiżjoni mogħtija mill-Imħallef Audrey Demicoli hija oħra minn kullana ta’ sentenzi li tfisser li permezz tat-taxxi l-poplu se jkollu jagħmel tajjeb għaliex ġew leżi id-drittijiet tat-tgawdija tal-propjetà lis-sidien, li sa issa laħqu f’miljuni ta’ ewro

Is-sidien tal-propjetà. Li tinsab fi Triq Wenzu Dyer, Il-Birgu, fetħu l-każ tagħhom fil-Qorti għax li d-drittijiet fundamentali tagħhom ġew miksura fuq kwistjoni ta’kera li taw dritt ta’ lokazzjoni lil min joqħod fil-post b’kirja baxxa, fejn lanqas jirrispekkja dak li għandu jitħallas f’xahar kera.

Tnejn mis-sidien permanentement jirrisjedu fl-Awstralja u l-Kanada. Irriżulta li l-partijiet qablu illi ma jistax ikun dovut kumpens wara Mejju 2021. Kien hemm qbil ukoll dwar il-fatt illi l-kumpens għandu jkun dovut saħansitra anke għaż-żmien meta s-sidien kienu għadhom ma wirtux il-fond. Il-Qorti qalet li kienet qed taqbel mal-partijiet dwar dan il-punt.

Il-Qorti ma qablitx iżda li jingħata kumpens fil-perjodu ta’ għas-snin 1987 u 1988, wara li dan kie mikri li terzi.Fid-deżiżjoni tagħha l-Qorti qalet li bej nl-1989 u 1993 il-valur tal-kera kellu jkun dak ta’ € 1,277 fis-sena filwaqt li dak ta’ bejn is-snin 1994 sa l-1998 kellu jkun ta’ € 2,196 fis-sena.

Bejn l-1999 u l-2003 ta’ € 3007, bejn l-2004 u l-2008 ta’ €5,070, bejn l- 2009 u l- 2013 ta’ € 5,387, bejn l- 2014 u l-2018 ta’ €6,052 u bejn l-2019 u l-2021 ta’ € 9,732, dejjem fis-sena. Meta is-somma tinħadem l-ammont jitla’ għal €134,409 iżda meta l-Qorti tuża’ l-formula skont il-liġi biex taħdem il-kumpens.

F’dan il-kaħ ġie kkalkolat ukoll il-perjodu fejn il-fond ma kienx mikri, is-somma tasal għal dik ta’ € 70,421.54 flimkien ma’ €5,000 oħra għal danni mhux pekunarji, li tirriżulta f’kumpens ta’ € 75,421.54. F’dak illi jirrigwarda l-quantum tal-kumpens, il-Qrati Maltin isegwu segwew fil-maġġor parti tagħhom il-formula stabbilita mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Għas-sidien deher l-Avukat Mark Fenech Vella.