Sport Sport Ieħor

Futsal: Finali bejn Luxol St. Andrews u Swieqi United

Luxol u Swieqi huma l-finalisti tal-Enemed Futsal Premier League meta fis-semifinali kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva kontra l-avversarji rispettivi tagħhom. 

Iċ-champions Luxol iddominaw it-tieni konfront kontra l-Universita’ ta’ Malta tant li rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 9-0. 

It-tim minn St. Andrews iddomina din il-logħba mill-bidu sal-aħħar u ftit ta ċans lill-Universitarji sabiex iwettqu xi tip ta’ reazzjoni.  

Everton Veve, Celino Alves u l-captain Mark Zammit skorjaw doppjetta kull wieħed sabiex Victor Oliveira Dias, Jhonn Castro Pulido u Gregory Busuttil għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.  

Referees:  Jochem Van Dijke, Jom Kloeze, Andrea Naudi. 

Swieqi United għelbu lil Ta’ Xbiex 5-2 f’logħba fejn kienu perfetti f’ħafna mill-mumenti bl-avversarji tagħhom li minkejja li ppruvaw sabu difiża soda u mhux lesta li twettaq xi tip ta’ favuri.  

Micheal Borg skorja doppjetta għal Swieqi b’Rodney Debono, Ryan Muscat u Julian Diaz Hernandez li wkoll sabu x-xibka.  

Stefi Cale u Dale Valletta skorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni għal Ta’ Xbiex. 

Referees: David Schurli, Marco Rothenfluh, Stephen Vella.  

Sadanittant l-ewwel finali minn possibbilment tlieta se tintlagħab nhar l-Erbgħa li ġej bit-tieni konfront li jaf ikun deċiżiv iseħħ nhar il-Ġimgħa fis-7pm. Il-logħob kollu qed isir fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport.