Lokali

Ħadd ma weġġa’ f’inċident t’ajruplan żgħir fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

F’12.21pm ħin lokali, ajruplan żgħir  kien involut f’inċident fuq ir-runway prinċipali tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ikkonferma li t-tim tas-Servizzi ta’ Salvataġġ u Tifi tan-Nar tiegħu stess ntbagħat fuq il-post immedjatament. Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident, filwaqt li għaddejja investigazzjoni biex tiġi stabbillita l-kawża.

Ir-runway prinċipali tal-ajruport bħalissa qed tintuża biss għat-tluq filwaqt li r-runway sekondarja qed tintuża għall-inżul, b’xi titjiriet jiġu affettwati b’riżultat ta’ dan. Bħalissa għaddejja ħidma sabiex is-sitwazzjoni tirritorna għan-normali mill-aktar fis.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta skuża ruħu għal kull inkonvenjent li qed ikun ikkawżat.