Lokali Parlament

In-nuqqas ta’ azzjoni mill-gvern mhux itejjeb il-kwalità tal-ħajja

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar sostna li n-nuqqas ta’ azzjoni mill-gvern mhux ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li d-diskors li għamel il-President tal-Parlament Ewropew Robert Metsola fl-Istrickalnd Foundation kien wieħed impekkabbli u ta’ viżjoni minkejja li fil-passat kien hemm min allega li Roberta Metsola għamet ħsara lill-pajjiż.

Hu qal li dan ma kienx minnu għaliex kieku ma kinitx tikseb l-appoġġ neċessarju biex tmexxi l-Parlament Ewropew u biex wettqet ħidma kbira internazzjonali.

Id-deputat Nazzjonalista appella lill-gvern biex isegwi d-diskors li għamlet Robrta Metsola għaliex dan kien messaġġ b’viżjoni dwar l-UE. Hu sostna li fil-COVID, l-UE appoġġjat lil Malta biex terfa’ l-piżijiet.

Robert Cutajar qal li l-PN hu kburi li jħaddan il-valuri tal-UE u kompla li Roberta Metsola tkellmet ukoll dwar Għawdex u l-bżonnijiet li dan għadu flimkien mal-ambjent u l-bini li tiela’ fil-pajjiż.

Il-Whip Nazzjonalista semma’ l-korruzzjoni fil-kuntratti tal-isptarijiet u qal li ħadd m’għandu jiddefendi dawk il-kuntratti; kulħadd għandu jikkundanna dawk il-kuntratti. Id-dejn nazzjonali llum hu rekord, sostna Robert Cutajar, li kompla li mhux biss in-numru iżda kemm id-dejn hu fuq kull persuna.

Robert Cutajar tkellem dwar il-faqar u qal li fl-2013 l-PL kien wiegħed li se jeradika l-faqar iżda llum il-verità hi li hawn eluf ta’ persuni fil-faqar. Hu kompla li l-gvern ma żammx kelmtu, l-istess kif għamel fl-akkomodazzjoni soċjali fejn ma nbewx il-postijiet li l-gvern wiegħed.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed jivvota €50 miljun kul sena iżda mhux speċifikat fejn dawn qed imorru. Il-gvern qed jipprova juża’ l-ambjent bħala karru politiku u fil-verità l-bini tiela’ mingħajr ippjanar u mingħajr viżjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm kompliċità tal-awtoritajiet għal bini f’ċertu żoni u sostna li l-gvern ma jitwemminx dwar l-ambjent. Hu sostna li l-kwalità tal-arja qed tikkawża imwiet u kompla li l-gvern mhu jagħmel xejn minkejja li Malta tinsab fost l-agħar fl-Ewropa.

Meta tkellem dwar is-saħħa, Robert Cutajar qal li minkejja l-wiegħdi l-gvern ma żammx kelmtu dwar l-isptar ġdida tas-saħħa mentali. Hu kompla li s-sitwazzjoni fit-toroq hi waħda problematika fejn fil-Mellieħa hemm toroq li ilhom miftuħa xhur bħal m’hemm fil-Miżieb u fl-Manikata.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni qal li n-nuqqas ta’ azzjoni mhux itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Hu appella biex il-gvern idaħħal iktar inizjattivi dwar is-settur tal-impriżi żgħar u medji inkluż il-Liġi tal-Kooperattivi fejn ilhom ma jsiru emendi mill-2000. Robert Cutajar qal li l-pjan hu li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jressqu abbozz ta’ liġi flimkien dwar il-kooperattivi.