Lokali Parlament

Jeħtieġ pjan ħolostiku għal Għawdex

Alex Borg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg sostna fil-parlament li f’Għawdex jeħtieġ li jsir pjan ħolisitiku dwar is-setturi kollha; żgħażagħ, edukazzjoni, xogħol, toroq, infrastrattura, investiment, biedja, sajd u ambjent.

Alex Borg qal li l-gvern jonfoq il-flus biex jaljena lill-poplu flok fejn l-aktar li hemm bżonn. Hu sostna li fil-budget kien hemm proposti tajbin iżda kien hemm il-budget ta’ Għawdex fejn Għawdex inntesa’ kompletament tant li lanqas għamlu kapitlu għal Għawdex.

Id-deputat Nazzjonalista qal li n-nefqa kapitali tnaqqset b’16% għal Għawdex; €5 miljuni inqas f’Għawdex. Dan filwaqt li ħafna wiegħdi sbieħ Laburisti għadhom qatt ma twettqu bi proġetti li ma jitlestewx u jiġu abbandunati.

Alex Borg qal li gvern Laburista wiegħed xogħol ta’ kwalità u semma’ l-Gozo Innovation Hub li falla għax ma attirax investiment. Il-gvern moħħu biss biex jinvesti f’xogħlijiet fil-prekarjat ma’ kuntratturi tant li ma nħoloq l-ebda xogħol produttiv u b’pagi tajbin f’Għawdex. Fil-budget m’hemm ebda proġett ġdid għal Għawdex ħlief proġetti li ma sarux; fosthom l-Iskola Primarja fir-Rabat.

Alex Borg kompla li fl-edukazzjoni, gvernijiet Nazzjonalisti kienu jibnu skola ġdida iżda mal-Labour lanqas skola ġdida kull ħames snin. Hu sostna li l-gvern Laburista wieħed id-dar għall-anzjani f’Għajnsielem li lanqas hu magħruf jekk hux se titkompla, il-bini ta’ qorti ġdida f’Għawdex li ntestiet, il-criuse liner terminal u l-armian tal-jttijiet li wkoll intesew.

Hu qal li fit-toroq, tnaqqas €3 miljuni fi proġett infrastrutturali u toroq f’Għawdex. Dan filwaqt li ntilfu €5 miljuni fil-Mużew ta’ Għawdex. Waqt li semma’ l-konnettività, Alex Borg semma’ tliet vapuri li għamlu gvern Nazzjonalista waqt li gvern Laburista investa fl-uniku vapur li qed jinkera €10 miljuni kull sena u għandu nuqqas ta’ aċċessibbiltà.

Dwar l-Isptar Ġenerali f’Għawdex, Alex Borg qal li l-qorti waqqgħet il-kuntratti dwar l-isptarijiet u sostna li l-wiegħda kienet li f’Għawdex se jkun hemm sptar ġdid ta’ 400 sodda. Fil-verità ma sar l-ebda forma ta’ investiment. Fil-budget kienu qed jippjanaw li jagħtu €10 miljuni oħra għal Steward u sostna li din hi l-ikbar serqa li qatt saret fil-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalsta qal li l-gvern ma jsemmi l-ebda miżura dwar il-biedja u s-sajd f’Għawdex. Jeħtieġ li jsir pjan għaż-żgħażagħ Għawdxin u tingħata prijorità għall-ambjent biex l-iżvilupp isir b’mod sostenibbli. Għawdex m’għandux ikun presepju bla progress iżda minħabba l-progress Għawdex m’għandux jitlef il-karatteristiċi tiegħu bħala mutur ekonomiku.

Alex Borg semma’ d-diversi proġetti li wetatq gvern Nazzjonalista f’Għawdex u qal li gvern Laburista tefa’ lil Għawdex ‘l isfel u naqqasslu l-flus biex jagħti iktar lil Steward. Hu staqsa kif ma ssemma’ xejn dwar is-suppost €60 miljun investiment fis-settur urban f’Għawdex.