Basketball Sport

Jitħabbru r-rebbieħa tal-Plejers tax-Xahar għal Jannar u Frar

Kameron Rooks ta’ Depiro huwa l-BOV Basketball Player tax-Xahar għal Jannar 2023. Is-centre Amerikan ta’ 7’1” għandu l-ogħla medja ta’ rebounds tal-istaġun bi 22.19 rebound kull logħba u wkoll medja ta’ 28.17 punt kull logħba fejn kiseb 169 punt minn 6 logħbiet, l-akbar ammont ta’ punti miksuba minn plejer tul dan il-perjodu.

Taylor Mattos ta’ Luxol, li ngħaqad ma’ Luxol dan l-istaġun, kiseb l-esperjenza tiegħu fil-kulleġġ ma’ New Hampshire Wildcats u rebaħ l-unur għal Frar 2023. Mattos kellu stats għoljin ħafna matul dan il-perjodu fosthom 154 punt, medja ta’ 13.90 rebound kull logħba u medja ta’ 38.29 minuta ta’ logħob.

Steffi DeMartino ta’ Starlites rebħet lunur tal-BOV Plejer tax-Xahar għall-10 darba tul il-karriera tagħha fejn laħqet ir-rekord ta’ Lucienne Bezzina li kienet laħqet fl-2010. DeMartino kisbet l-ewwel unur individwali tagħha f’Diċembru 2011. Steffi kisbet 117 punt bejn Jannar u Frar inklużi 19 treys.

Adam Chomo ta’ Depiro Hoops kiseb l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar tal-BOV Amatuer League għal Frar. Il-guard mis-Slovakkja, li ilu jilgħab f’Malta mill-2019 kellu medja ta’ 50% mid-distanza għal total ta’ 93 punt matul Jannar u Frar.

Stefan Abela, Manager CSR tal-Bank of Valletta ppreżenta lir-rebbieħa bit-trofew kommemorattiv tagħhom.