Għall-ħabta tal-3:50pm karozza ħadet in-nar fil-mina ta’ Santa Venera direzzjoni lejn San Ġiljan.
Il-Pulizija ġiet infurmata u marret minnufih fuq il-post filwaqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili qed jikkontrollaw in-nirien.
Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm feruti f’dan l-inċident.
It-triq bħalissa tinsab magħluqa.
Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.
//= $special ?>