Lokali

Karozza tieħu n-nar taħt il-mini ta’ Santa Venera, uffiċjali tas-CPD fuq il-post

Għall-ħabta tal-3:50pm karozza ħadet in-nar fil-mina ta’ Santa Venera direzzjoni lejn San Ġiljan.

Il-Pulizija ġiet infurmata u marret minnufih fuq il-post filwaqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili qed jikkontrollaw in-nirien.

Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm feruti f’dan l-inċident.

It-triq bħalissa tinsab magħluqa.

Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.