Lokali Parlament

L-Ispeaker għandu jimxi mal-verità tal-fatti

Il-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar

Il-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar irrifera għal intervista li l-Ispeaker Anġlu Farrugia ta lill-gazzetta ‘it-Torċa’ tal-bieraħ 19 ta’ Marzu 2023 u sostna li ta l-Ispeaker għandu jimxi mal-verità tal-fatti.

Din id-dikjarazzjoni l-Whip tal-Oppożizzjoni għamilha fil-bidu tas-seduta parlamentari tal-lum wara ruling li l-istess Speaker.

Dan ir-ruling kien miltub mid-deputat Nazzjonalista Adrian Delia fis-seduta ta’ nhar il-Ħamis li għadda fid-dibattitu dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex il-gvern iġib lura flus il-poplu wara s-sentenza tal-qorti li annullat il-kuntratti dwar l-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

L-Ispeaker qal li fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru ikkjarafika dak li ried jgħid meta indirizza lil Adrian Delia u kompla li s-Sedja fehmet li dak li qal il-Prim Ministru kien ikkoreġa dak li kien qal iktar qabel.

Is-Sedja ddikjarat li kien jiddisjpaċiha dwar l-attitudni ta’ ċertu deputati kemm fil-konfront ta’ xulxin u anki fil-konfront tas-Sedja. Hu qal li l-kritika għandha dejjem issir skont ir-regoli tal-Kamra anki fil-kuntest tar-rispett lejn il-Kamra.

Dwar it-tqassim tal-ħin fis-seduta tal-Ħamis li għadda hu qal li l-ħin kellu jinqasam indaqs bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni iżda minħabba l-ammont ta’ interruzzjonijiet u point of orders flimkien mas-sitt minuti ta’ sospensjoni tal-Kamra, kien diffiċli li l-ħin jinqasam eżatt. Is-Sedja kienet ppreparata li testendi l-ħin iżda l-Oppożizzjoni oġġezzjonat.

Dwar l-emenda tal-gvern li tressqet għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni mhux fil-ħin allokat għall-gvern, l-Ispeaker qal li fil-passat kien hemm okkażjonijiet fejn l-emendi tressqu f’ħinijiet oħrajn għalkemm dawn kellhom jitressqu fil-ħin allokat. L-Ispeaker qal li s-Sedja għandha d-diskrezzjoni jekk taċċettax l-emenda kif imressqa.

Il-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar ressaq żewġ oġġezzjonijiet dwar ir-rapport tal-’KulĦadd’ tal-Ħadd li għadda fejn inġiebu ritratti li ttieħdu fil-Kamra nhar il-Ħamis li għadda. Ir-ritratti dejjem ittieħdu bil-permess fil-Kamra iżda l-’KullĦadd’ ippubblika ritratti li ma kienx hemm qbil dwarhom, sostna Robert Cutajar. Hu qal li qed jifhem li allura issa jistgħu jittieħdu ritratti bla ma jkun hemm qbil.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni għamel riferenza għall-intervista li l-Ispeaker kellu ma’ ‘it-Torċa’ nhar il-Ħadd li għadda u qal li l-Ispeaker kien ‘il bogħod mill-verità tal-fatti f’dak li qal. Fl-ebda ħin ma kien hemm qbil li d-dibattitu tal-Ħamis li għdda kellu jestendi iktar mis-7 pm tant li anki l-gvern insista dwar dan. L-Ispeaker ma kienx korrett meta qal li kien fadal 10 minuti għall-Gvern għaliex kien hu stess li qal li l-gvern kien skadhielu l-ħin.

Robert Cutajar qal lanqas l-Iskrivan tal-Kamra ma kellu kopja tal-emenda tal-gvern, kif ma kellhiex l-Oppożizzjoni u għalhekk appella lill-Ispkear biex jimxi mal-fatti kif ġraw.

Il-Whip Nazzjonalista qal li kien l-Ispeaker stess li ammetta li l-gvern kien skadielu l-ħin u sostna li l-Ispeaker kien naqas fir-rigward tal-Oppożizzjoni.

Il-Whip Laburista Andy Ellul qal li kien jippretendi li wara dak li seħħ nhar il-Ħamis li għadda, l-Oppożizzjoni kellha titlob apoloġija. Kien hemm qbil li kull parti tagħmel 75 minta iżda l-Prim Ministru kien interrott diversi drabi u għalhekk il-gvern jilqa’ r-ruling, sostna Andy Ellul.

Id-deputat Laburista Randolph Debattista qajjem point of order u qal li d-deputat Nazzjonalista David Agius implikah li kien ħa r-ritratti fl-aħħar seduta u sostna li kien jiddispjaċih li ma ħadhomx hu dawk ir-ritratti. Jekk jerġa’ jkun hemm l-istess sitwazzjoni noħodhom u nippubblikahom, sostna d-deputat Laburista.

David Agius qal li fil-parlament hemm camera li tieħu r-ritratti u talab lill-Ispeaker biex jagħmel investigazzjoni dwar min ħa r-ritratti ppubblikati mill-KullĦadd.

Il-Whip Laburista Andy Ellul talab ruling għaliex id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u deputat ieħor bdew jieħu r-ritratti fil-parlament dak il-ħin.