Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti Michele Marcolini naqqas l-iskwadra minn 31 għal 24 plejer, għaż-żewġ logħbiet li ġejjin kontra l-Maċedonja ta’ Fuq nhar il-Ħamis fi Skopje u dik kontra l-Italja nhar il-Ħadd fl-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali.
Marcolini għażel li jżomm lid-difensur ta’ Gżira United Luke Tabone, li ġie msejjaħ għall-ewwel darba kif ukoll lill-midfielder ta’ Birkirkara Yannick Yankam, li fl-aħħar xhur ma kienx parti mit-tim Nazzjonali.
Il-kowċ Taljan ħalla barra lil Adam Magri Overend, Dunstan Vella, Matias Garcia, Luke Montebello, Triston Carunana, Steve Pisani u Enrico Pepe, b’dawn it-tnejn tal-aħħar m’għamluhiex minħabba injuries.
Il-lista finali hija din:
Goalkeepers
Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC), Cain Formosa (Valletta FC), Matthew Grech (Sirens FC).
Difensuri
Ferdinando Apap (Hibernians FC), Luke Tabone (Gzira FC), Steve Borg (Ħamrun Spartans FC), Karl Micallef (Gudja United), James Brown (St. Johnston FC – SCO), Zach Muscat (Farense – POR).
Midfielders
Juan Corbalan (Ħamrun Spartans FC), Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans FC), Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans FC), Cain Attard (Birkirkara FC), Nikolai Muscat (Gzira United), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Yannick Yankam (Birkirkara FC), Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise – BEL), Joseph Mbong (Ħamrun Spartans FC).
Attakkanti
Shaun Dimech (Valletta FC), Jodi Felice Jones (Notts Country – ENG), Kyrian Nwoko (Santa Lucia FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Alexander Satariano (Balzan FC).