Din is-sena fil-Knisja l-Qadima tas-Salvatur, f’Ħal Lija, se terġa’ ssir il-wirja tal-Mejda ta’ l-Appostli skont ir-rit Lhudi. Din hi l-ħamsin darba li qiegħda tittella’ din il-wirja, li kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha u li ma tilfet xejn mill-karatteristiċi oriġnali tagħha. Sfortunatament il-wirja ma setgħetx issir dawn l-aħħar snin minħabba r-restrizzjonijiet imposti waqt il-pandemija.
Id-dħul, li huwa b’xejn, isir bejn wieħed u ieħor kull ħmistax-il minuta u jkun hemm kummentarju biex jispjega dak li wieħed ikun qed jara. Kull min jidħol hu mitlub li jibqa’ ġewwa sa’ kemm jispiċċa l-kummentarju biex ma jtellifx lil oħrajn. Il-kummentarju jkun kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u jridu jiġu osservati r-regoli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Għal din l-okkażjoni qed jiġi pubblikat ktejjeb kommemorattiv bil-Malti.
Il-ħinijiet tal-wiri jkunu kif jidhru hawn taħt:
L-Erbgħa – 5 ta’ April, 2023 – Fis-7.30p.m. ikun hemm il-ftuħ u t-tberik taċ-Ċena li għalih hu mistieden kullħadd. Dan jinkludi velja ta’ talb, bil-kant ta’ innijiet, qari mill-Bibbja u talb spontanju. Fl-aħħar jitqassam ħobż u nbid lil dawk preżenti b’tifkira ta’ dak li ġara realment tant żmien ilu.
Il-Ħamis ix-Xirka – 6 ta’ April, 2023 – mit-8.00p.m. sal-10.30p.m.
Il-Ġimgħa l-Kbira – 7 ta’ April, 2023 – mid-9.00a.m. san-12.30p.m