Lokali Qorti

“Mhux biss il-karozza b’saħħitha…anki jien” – Jeremie Camilleri

“Mhux biss il-karozza BMW hi b’saħħitha wara daqqa bħal dik, anki jien b’saħħti għax wara l-inċident ħriġt mill-karozza qiesni mhix jien u qbadt nagħti bil-ponn lil numru ta’ rġiel li kienu fuq il-post.” Dan qalu Jeremie Camilleri lil wieħed mill-Pulizija li ħadmu fil-każ tal-omiċidju tal-mara Torka Pelin Kaya f’Jannar li għadda.

Camilleri ta’ 33 sena, qabel residenti Ħal Lija u li llum jinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed jiffaċċja akkużi tal-qtil taċ-ċittadina Torka Pelin Kaya ta’ 30 sena,hekk kif it-Tnejn kompliet il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

L-ewwel xhud kien is-Surġent Gary Scerri li qal li jagħmel parti mill-iskwadra ta’ kontra l-omiċidji. Tenna li fit-18 ta’ Jannar li għadda l-Ispettur Kurt Zahra bagħtu biex jiċċekkja filmarti tas-CCTV fl-inħawi tal-omiċidju fil-Gżira biex jgħaddihom lil espert tal-Qorti.

Qal li dak inhar kienu ħadu wkoll lil Jeremie Camilleri d-dar tiegħu u elevaw mobile li ma kien fih xejn. Tenna li-għada 19 ta’ Jannar kienu ħarġuh mill-‘lock-up’ u ħaduh magħhom f’ Ta’ Kandja, fejn kien hemm il-karozza involuta fl-inċident u li iżda minnha ma ġie elevat xejn.

Ix-xhud qal li hu qal lil Camilleri li l-karozza hi b’saħħitha, għax ħadet daqqa kbira u l-akkużat wieġbu li bħalu b’saħħitha, għax hu ħareġ mill-karozza qiesu mhux hu, u mhux biss, imma mar jagħti lill-irġiel li kien hemm preżenti bil-ponn, tenna li dan id-diskors huwa kollu rrekordjat.

Scerri qal li l-għada waqt l-interogazzjoni l-akkużat ma wieġeb għal ebda domanda, lanqas ma wieġeb jekk għandux xi rimors għal dak li kien għamel. Wara xehedet is-Surġent Ann Marie Coleiro, li qalet li hi stazzjonata l- Għassa tal-Imsida.

Dwar l-involviment tagħha fit-18 ta’ Jannar, li għadda, qalet li għall-ħabta tas-1am kienet irċiviet informazzjoni li kien seħħ inċident tat-traffiku fejn l-istabbiliment KFC, u li x’aktarx kien jemm persuna mejta, Meta marret fuq il-post kien hemm kommossjoni sħiħa, b’ vettrua skura mdaħħal fil-faċċara tal-KFC, u li din kienet maħbuta ‘head on’.

Qalet li fejn l-istabbiliment tal-ħut kien mara ma’ l-art mimnduna li kienet qed tingħata l-għajuna media u fejn il-pompa tal-petrol kien hemm ‘slipper abjad’. Qalet li kien hemm persuni mill-istaff mediku tal-isptar Mater Dei jagħmlulha s-CPR iżda l-mara ma kinitx qed tirrispondi u wara ttieħdet l-isptar .

Qalet li kien hemm preżenti l-Pulizija tal-RIU u kien hemm persuna immanettjat. Dan deher aggressiv u kellhom jużaw it-‘taserż tant kemm kien aggressiv u wara ittieħed l-isptar Mater Dei minn tal-RIU stess. Qalet ukoll li l-boyfriend tal-vittma daħal ukoll fix-xena wara li kien instab peress li il-Pulizija cemplu minn fuq il-mobile taghha. Dan beda jistaqsi jekk kinitx it-tfajla tiegħu, u li beda jipprova jagħmel kuntatt magħha, iżda kien kollu għalxejn.

L-akkużat ipprova jisraq karozza

Mithad, l-għarus tagħha, qalilhom li t-tfajla tiegħu kien jisima Pelin Kaya u ma kinitx qed twieġeb u li din kienet twieldet fit-18 ta’ Jannar, dak inhar tal-inċident fejn kienet qed tiċċelebra għeluq snienha. Qalet li hi kienet tkellmet ma’ diversi persuni li kienu fuq il-post li kollha qablu li kien hemm persuna maskili igara l-ġebel lill vittma u min kien għaddej minn fuq il-post.

Coleiro qalet ukoll li kien avviċinaha persuna, li qalilha li hekk kif kien se jagħti l-fuel mill-pompa, l-akkużat ipprova jsawwtu u anke pprova jisraqlu l-karozza. Dan jismu Darren Grech u qal ukoll li Camilleri beda jwaddablu l-ġebel. Tenniet li wara kienet inġiebet l-assistenza minn naħa tal-protezzjoni ċivili biex jitneħħa l-periklu.  

Qalet ukoll li kien hemm persuna oħra, ċertu Muscat li kien imweġġa’ minn Jeremy Camilleri u li ttieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana. Qalet li l-vittma kienet wiċċha l-fuq u saqajha lejn it-tarf tal-bankina biż-żarbun tagħha f’distanza l-bogħod minn fejn instabet il-vittma.

Xhud ieħor kien il-kuntistabbli Clyde Agius li qal li fit-18 Jannar kien xufier fid-distrett ta’ Tas-Sliema u lmsida u waqt li kien patrol mas-Surġent irċieva telefonatali kien seħħ inċident fi Triq Testaferrata u li kien hemm persuna mejta. Qal li marru fuq il-post fejn skoprew li propjament l-inċident kien seħħ fu Triq l-Imsida.

Meta waslu ipparkja l-karozza tas-servizz u ra BMW sewda maħbuta fil-ġenb tal-KFC u li kien hemm ukoll ħsara fil-pompa tal-petrol u kien hemm ukoll perusna ma’ l-art u staff mediku jagħtiha l-assistenza. Il-karozza maħbuta fil-KFC kien minn naħa ta’ ġewwa tal-pompa.

L-aħħar xhud kien il-Kuntistabbli Dylan Pace li qal li fit-18 ta’ Jannar 2023, kien ‘night duty. Għall-ħabta tas-1am qalulhom li kien seħħ inċident u mara li intlaqtet b’karozza. Fil-post kien hemm kommossjoni sħiħa, ħafna ġebel u karozza imdaħħla ġewwa l-vetrina ta’ stabbiliment.

Mar jiċċekkkja l-karozza minn ġewwa biex jara kienx hemm xi ħadd u ra ħafna ħġieġ li kien għadu jitfarrak mill- vetrinau mill-karozza u li fiha ma kien hemm ħadd. Sema’ xi storbju u għajjat u kien hemm diversi tobba u nurses jassistu xi ħadd, li nduna li kienet mara.

Qal li hu ta l-manetti lil persuna tal-RIU u għaraf lill-akkużat għax ġimgħatejn qabel kien tellgħu eskorta l-Qorti fuq każ ta’ serq. Tenna li l-akkużat kien qed jaġixxi b’mod aggressiv mal-Pulizija tal-RIU, iżda wara ma kienx baqa’ aggressiv. Qal li kien hemm persuna li jismu Mithad u li beda jgħdi li kien hemm ċans li l-persuna li ttajjret kienet tfajla tiegħu, u li kien pprova jċemplilha kemm il-darba, imma l-mobile tagħha ma kienx qed jirrispondi.

Qal li meta l-vimma ma kinitx fuq il-post għax kienet ittieħdet b’ambullanza, dawwar il-mobile tagħha fejn kien hemm diversi ‘missed calls’ fosthom bl-isem tal-għarus tagħhom. Tenna li bl-approvazzjoni tat-tabib Michael Spiteri, li kien fuq il-post kien fittex fil-ħwejjeġ tal-vittma li kienu għadhom hemm, għal xi mezz ta’ identifikazzjoni imma ma sab xejn.

Ix-xhud qal ukoll li hu asssita lil Perit Robert Musumeci wkoll fuq il-post u għall-ħabta tal-4.30am ġie ordnat biex imur f’ward Mater Dei biex xjoqgħodu ‘fixed point’ ma’ Camilleri, Qal li kienu waslu fil-5am. fejn l-akkużat kien riedqed fis-sodda u mmanetjat.

Camilleri, imwieled Toulouse minn missier Malti-Alġerin u omm Franċiża, huwa tifel waħdieni, li kien jgħix ma’ ommu f’dar f’Ħal Ħal Lija u li aktar tard mar joqgħod fl-istess lokalità f’residenza għalih, qabel ma spiċċa l-ħabs b’rabta ma’ dan il-każ.

Camilleri qed jiġi akkużat ukoll li kkaġuna feriti gravi fil-konfront tal-vittma, li kkaġuna ħsara fil-ġisem tagħha, kkaġuna ferita ħafifa fuq ċertu John Muscat u persuni oħra, għamel ħsara f’pompa tal-petrol, saq karozza b’mod perikoluż f’post pubbliku meta kien taħt l-effett tad-droga u xorb alkoħoliku.

Huwa ġie mixli wkoll li attakka uffiċjali pubbliċi bi vjolenza,ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija, kellu fil-pusses tiegħun d-droga kokaina u s-sustanza Diazepam u li kiser ordni ta’ probation. Ħareġ li Camilleri kien qed isuq karozza tal-għamla BMW u tajjar lil Pelin Kaya, meta kienet miexja ħdejn il-pompa tal-petrol Paul & Rocco fi Triq Testeferrata għall-ħabta tas-siegħa ta’ nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Jannar.

Is-sewwieq irriżulta pożittiv b’livelli għoljin għall-kokaina u l-alkoħol waqt testijiet li saru fl-Isptar Mater Dei wara l-inċident. Il-filmati miksuba waqt l-investigazzjonijiet urew kif is-sewwieq saq dritt għal ġo Keya u li hu ma kienx tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu. Skont il-Pulizija u l-filmati Camilleri ħareġ mill-karozza u tefa’ l-ġebel lejn il-vittma hekk kif kienet mimduda fl-art.

L-Ispettur Kurt Zahra qed imexxi l-Prosekuzzjoni bl-għajnuna tal-avukati tal-AĠ Kaylie Bonnett u Nathaniel Falzon. L-avukat Shazoo Ghaznavi qed jirrappreżenta l-familja tal-vittma. Fl-awla, li hija ċkejkna, hemm numru sostanzjali ta’ nies mill-komunità Torka. Għall-akkużat qed jidhru l-Avukati Alfred Abela u Renè Darmanin. Il-kawża ġiet differita għal nhar it-Tnejn 27 ta’ Marzu fl-10am.