Lokali Parlament

Minn gvern tal-ħaddiema, saru gvern tal-ħadmiet

Graziella Attard Previ, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament li minn gvren tal-ħaddiema, il-gvern Laburista sar gvern tal-ħadmiet.

Graziella Attard Previ qalet li ħadd mhu se jagħlaq ħalq il-PN anzi se jiqba’ l-vuċi tan-nies li qed ibatu minħabba n-nuqqasijiet tal-gvern. Hi sostniet li l-gvern tilef ir-ruħ soċjali u mhux jgħin lil min għandu bżonn. Il-gvern Laburista għen iktar lil tal-qalba partikolarment fl-ugwaljanza, drittijiet umani u drittijiet tat-tfal.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li flok liż-żgħir, il-gvern għen lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri biex jiftħu l-kumpaniji sirriet. Il-gvern għen lil Sadeen, lill-Cafè Premier u lil dawk ta’ Strada Zekka waqt li għadu jgħin lil Stewrad minkejja li l-ftehim kien wieħed frawdalenti.

Graziella Attard Previ kompliet li l-gvern ħeba r-rapport dwar il-qtil ta’ Berncie Cassar; liema rapport wera li Bernice Cassar inqatlet għax l-Istat falla.

Ma kienx hemm min jagħti widen għall-karba ta’ Bernice Cassar għax il-gvern ma sabx il-flus biex jindirizza l-problema tal-vjolenza domestika. Il-gvern iwiegħed iżda ma jwettaqx.

Hi qalet li ministru qed jgħid li rapport ikkummissjonat mil-gvern dwar diversi nuqqasijiet fil-Korp tal-Pulizija u fil-qrati dwar il-vjolenza domestika ma wassallux. Il-vittmi tal-vjolenza domestika għaddejjin minn biża’ kontinwa, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li dawn in-nisa qed isibu iktar xkiel.

Graziella Attard Previ sostniet li l-gvern mhux jisma’ u qalet li mhux isir biżżejjed biex il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol ikun espost flok ikun mistur. Hi qalet li m’hemmx investiment għal kampanja informattiva dwar il-festidju sesswali. Jeħtieġ ambjent fuq ix-xogħol u tinħoloq kultura li tirrifletti tolleranza zero għall-abbuż sesswali.

Graziella Atatrd Previ sostniet li l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin m’għandux stabblità u ċertezza. Fost dawn hemm ħana vittmi nisa iżda l-gvern ma jimpurahx. Ħafna minn dawn il-vittmi huma barranin u l-gvern qed jużhom waqt li huma jbatu fis-skiet. Ma ttieħdet l-ebda azzjoni dwar il-massage parlours fejn kunu traffakti n-nisa.

Studju tal-YMCA juri li iktar minn 500 tifel u tifla sfaw bla saqaf fl-aħħar 10 snin; f’sena waħda 40 tifel u tifel ta’ inqas minn erba’ snin kienu riferuti għax ma kellhomx saqaf fuq rashom. Dawn huma vittmi ta’ sistema bla qalb; din hi traġedja umana.

Graziella Attard Previ qalet li mhux isir investiment u dawn it-tfal qed jispiċċaw fit-triq. It-tfal tal-Imtarfa qed jiċċaħħdu minn edukazzjoni fil-lokal tagħhom għax il-gvern ma jridx jinvesti fi skola fl-Imtarfa; l-istess kif hemm fl-Imsida fejn it-tfal għadhom bla skola.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar il-work life balance u qalet li l-gvern qed jixxaħħaħ mal-ħaddiema f’dawn id-direttivi Ewropew. Il-gvern tahom biss il-minimu possibbli li kienet tobbligah id-direttiva.