Futbol Sport

”Nafu li aħna aħjar mit-tim Malti, iżda rridu nikkonfermaw fil-pitch” – Blajoga Milevski (kowċ tal-Maċedonja ta’ Fuq)

(Ritratt: FB Maċedonja ta' Fuq)

Il-kowċ tat-tim Nazzjonali tal-Maċedonja ta’ Fuq Blajoga Milevski ħabbar skwadra ta’ 28 plejer għal-logħba minn Grupp C ta’ kwalifikazzjoni tal-EURO 2024 kontra Malta.

Fost il-plejers mgħajta għal dan il-konfront, Milevski sejjaħ lill-eks goalkeeper ta’ Birkirkara u Balzan Kristijan Naumovski, li bħalissa qed jilgħab fl-għola diviżjoni ta’ pajjiżu ma’ KF Shkupi.

Barra minn hekk, plejers li jispikkaw minn din l-għażla huma l-midfielder ta’ Napoli Elif Elmas u l-attakkant ta’ Udinese Ilija Nestorovski.

F’kummenti li ta lill-media, Milevski qal li t-tim tal-Maċedonja ta’ Fuq huwa aħjar minn dak ta’ Malta iżda dan irid ikun ikkonfermat fil-pitch nhar il-Ħamis. Huwa qal ukoll li se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex ikollhom bidu tajjeb u l-ewwel logħba hija dejjem importanti speċjalment meta jkollok grupp iebes bħal dan.

Il-partita Maċedonja ta’ Fuq kontra Malta tintlagħab nhar il-Ħamis, fid-20:45 fin-National Arena Todor Proeski, Skopje

L-iskwadra tal-Maċedonja ta’ Fuq hija din:

Stole Dimitrievski – Rayo Vallecano (Spanja)
Damjan Shishkovski – Doxa (Ċipru)
Kristijan Naumovski – Shkupi (Maċedonja)
Igor Aleksovski – Rabotnichki (Maċedonja)

Visar Musliu – Ingolstadt o4 (Ġermanja)
Gjoko Zajkov – U Craiova (Rumanija)
Darko Velkovski – Al-Ettifaq (Arabja Sawdija)
Stefan Ristovski – Dinamo (Kroazja)
Ezgjan Alioski – Fenerbahçe (Turkija)
Egzon Bejtulai – Shkendija (Maċedonja)
Kire Ristevski – Pyunik (Armenja)
Vladica Brdarovski – Shkupi (Maċedonja)
Dojan Dimoski – Akademija Pandev (Maċedonja)

Enis Bardhi – Trabzonspor (Turkija)
Elif Elmas – Napoli (Italja)
Arijan Ademi – Dinamo (Kroazja)
Jani Atanasov – Cracovia (Polonja)
Agon Elezi – Varaždin (Kroazja)
David Babunski – Mezőkövesd (Ungerija)
Davor Zdravkovski – AEL (Ċipru)
Stefan Ashkovski – Lamia (Greċja)

Bojan Miovski – Aberdeen (Skozzja)
Aleksandar Trajkovski – Al-Fayha (Arabja Sawdija)
Milan Ristovski – Spartak (Slovakja)
Dorian Babunski – Debreceni (Ungerija)
Valon Ethemi – Istanbulspor (Turkija)
Ilija Nestorovski – Udinese (Italja)
Darko Churlinov – Burnley (Ingilterra)