Sport Sport Ieħor

Raissa Camilleri u Emma Grech jikkwalifikaw għall-Kampjonati tad-Dinja Hyrox

Raissa Camilleri u Emma Grech saru l-ewwel koppja Maltija li kwalifikaw għall-HYROX World Championships li se jsiru f’Mejju li ġej f’Manchester.

Sabiex wieħed jikkwalifika għal dawn il-kampjonati irrid jakkwista biżejjed punti fl-avvenimenti li jsiru qabel il-Kampjonat Dinji, b’Camilleri u Grech, li għandhom 31 u 30 sena rispettivament, irnexxilhom jiksbu l-aqwa riżultati f’Manchester, Vienna u fl-aħħar wieħed f’Barcelona.

Filfatt, fi Vienna rnexxilhom jikklasifikaw fit-tieni post overall u fit-tieni post fil-kategorija tal-age groups filwaqt li f’Barcelona spiċċaw it-tielet overall u fit-tieni post fil-kategorija tal-age groups.