“Il-Gvern qed jistaħba u juża l-Awditur Ġenerali biex ikompli jtawwal il-proċess għalxejn”
Il-verita hi, li l-Awditur Ġernerali “diġà sab li kien hemm ħadma li tista’ tkun parti minn koruzzjoni”
Dan hu dak li stqarrew ma’ Net News Paul Pace il-President tal-MUMN u l-President tal-MAM Martin Balzan….wara li fl-aħħar jiem il-PM Robert Abela talab biex l-Awditur Ġenerali jerġa’ jinvestiga d-deal li ngħata lil Steward għall-bejgħ tat-tliet sptarijiet, biex jara kemm intefqu flus. Iżda kif kulħadd jaf, f’Diċembru tal-2021 l-Awditur Ġenerali kien diġà stqarr li f’dan id-deal kien hemm ħadma.
Fil-kummenti tiegħu lil dan l-istazzjon, Paul Pace tenna li l-Gvern qed jagħmel dan kollu biex itawwal il-proċess u li l-Gvern qed juri li lanqas jaf x’sar minnhom il-flus li ta.
“Għaddejnilhom flus, jew aħjar ngħid il-Gvern stess lanqas jaf x’sar minnhom, jew għalfejn tajnihom dawn il-flus u issa qed jistaħbew wara l-Awditur Ġenerali.
Din l-għajta tal-Awditur Ġenerali li ħareġ żewġ rapporti massivi fuqhom huwa sempliċiment esserċizzju għalxejn biex intawlu l-proċess. Suppost il-Gvern għandu jkun jaf x’ġara u ma ġarax, liema investimenti kellhom isiru u ma sarux” – Paul Pace
Paul Pace tenna li l-Gvern qed juri nuqqas ta’ responsabbiltà, u l-flus lanqas jaf fejn nefaqhom.
“Jidher biċ-ċar li l-Gvern qed jistaba wara l-Awditur Ġenerali, dan għaddejnilhom il-flus minn flus il-poplu, miljuni kbar. Litteralment issa l-anqas nafu għalxiex għaddejnihom. Infatti waħda mill-affarjiet għalxiex ġie mqabbad biex jara liema investimenti ma sarux. Allura l-mistoqsija tal-poplu Malti mhux tal-MUMN, jekk dawn ma kinux qed isiru dawn l-investimenti, għaliex il-Gvern tahom il-flus.” – Paul Pace
Martin Balzan minn naha tieghu tenna li l-Awditur Ġenrali diġà wettaq ir-riċerka tiegħu u tefa’ dawl fuq il-fatti kif inhuma, specjalment kif dan id-deal kien ħadma. Għalkemm it-tabib Balzan tenna li l-Awditur issa jaf jikkjarifika jekk il-ħadma hux akbar minn dak li ħsibna.
“L-awditur diġà sab li kien hemm koluzzjoni, jiġifieri ħadma, li tista’ tkun parti mill-korruzzjoni. Dan hu dak il-kliem li ntuża. Jiġifieri dan diġà rahom. Xi ħaġa li qed ninnota li n-numri li ta l-Gvern, il-Ministeru tal-Finanzi lill-Awditur Ġenerali kienu differenti minn dawk li kitieb fil-budget, jiġifieri dan li qed jgħidu li tnaqqsu l-flus tal-pagi, fil-budget dan ma jidhirx. Li forsi jista’ jikkjarifika jekk il-ħadma hux akbar” – Martin Balzan
Huwa qal ukoll l-Gvern jeħtieġ li jmur il-Qorti, u jdaħħal lill-Europol u l-FBI biex jinvestigaw fejn marru l-flus.
“Il-Gvern irid li l-ewwel imur il-Qorti, u bħal ma għamlu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jidħlu l-Europol u l-FBI biex jintraċċaw il-flus” – Martin Balzan
//= $special ?>