Lokali Qorti

Eks Kuntistabbli tal-Pulizija mhux ħati li stupra pulizija oħra, dan fuq nuqqas ta’ kreddibilità tal-vittma

Eks Kuntistabbli tal-Pulizija ta’ 33 sena minn Ħaż-Żabbar ma nstabx ħati ta’ stupru vjolenti u aggravat fis-16 ta’ Frar tal-2018 fis- 6.30pm u stupru ieħor tliet ġimgħat wara, fis7 ta’ Marzu fit-3.30am fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida. Il-Qorti ma sabitux ħati fuq nuqqas ta’ kreddibilita tal-vittma, Pulizija mara li dak iż-żmien kellha 22 sena,

L-eks Kuntistabbli li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti lanqas ma nstab ħati ta’ arrest, sekwestru u detenzjoni kontra l-liġi ta’ l-istess Pulizija. Lanqas ma nstab ħati li bil-fastidju tiegħu kkaġuna biża fuqha u fuq Pulizija oħra mara li dak iż-żmien kellha 19-il sena. Fuq din l-akkużat l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li semgħet il-ġuri bla ġurati bagħtet komunikat lill-Ministru biex ikun hemm bidla fil-liġi għaliex mhijiex waħda ċara.

L-akkużat instab ħati biss tar-raba’ akkuża fil-konfront tal-eks Kuntistabbli li kellha 19 il sena ta’ fastidju minħabba l-atteġġament tiegħu fil-konfront tagħha mingħajr ma kkaġunalha biża. Fuq dan wara li rat li l-akkużat għandu kondotta nadifa, kkundannatu sena ħabs sospiżi għal sentejn.

Hekk kif ħareġ mill-awla 22 l-eks Kuntistabbli ntlaqa’ b’ferħ kbir minn membri tal-familja u ħbieb fejn ġew ikkongratulati wkoll l-Avukati Franco Debono u Edward Gatt li ddefendewh. Wara li l-Qorti ma sabitux ħati ta’ stupru wara kważi tliet sigħat taqra s-sentenza, lanqas ma sabitu ħati li ssekwestra lill-vittma kontra l-volontà taghha u dan għaliex il-fatt li ma kkomettiex l-istupru ma jistax ikun li żammli mara kontra l-volontà tagħha.

Il-Qorti lanqas ma sabitu ħati fuq fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol filp-konfront taż- żewġ nisa b’tali mod li kkaġuna biża fil-konfront tagħhom it-tnejn. Rigward l-aħħar akkuża ta’ fastidju ieħor, dik li l-imġieba tiegħu kienet tali li kien jittantaha lill-allegati vittmi, huwa nstab ħati biss fuq fastidju ta’ waħda mill-allegati vittmi, dik mhux stuprata, meta hu stess kien ammetta li kien jittantaha u li anke hi ġiet emmnuta li kemm il-darba kien jaqbdilha l-warrani.

Il-Qorti semmiet fost ħafna punti li ħadd ma raha l-allegat stupru jseħħ, u li jirriżulta li l-vittma ma kinitx konsistenti u l-Qorti rat x-xhieda ta’ oħra li jikkonfermaw dan kollu. Ħareġ ukoll li kien hemm ftehim bejn it-tnejn, lpakkużat u l-vittma, li din tibqa’ bejniethom.

Il-Qorti qalet ukoll li trid tara min kien l-aktar kredibbli bejniethom. “Kienet tibża li kien se jtellagħha bord imma meta kienet tibdel ix-xift ma kinitx tiddejjaq taħdem miegħu. Il-paroli li qalet l-allegata vittma li bieset Pulizija u li qalet fuqu li ma jafx x’jagħmel bil-parti tiegħu.

“Il-fatt fuq dak li kienet qalet lill-akkużat fuq il-parti ġenitali tiegħu u anke li l-Ispettur Lara Butters kellha għaliha u anke kif kienet tirrispndi lis-superjuri tagħha l-Qorti, jndika li l-mara mhix kredibbli u li ma tistax titwemmen meta kienet tgħid li kienet tibża’ mill-akkużat.

Fuq il-fatt li qalet li kienet se se titlob transfer u li dan m’għamlitux ikompli jikkonferma nuqqas ta’ kredibblità oħra. Il-Qorti qalet ukoll l-imġiba tagħha ukoll jikkonferma dan kollu. Filwaqt li tgħid li kienet tibża’ minnu għax heddiha li jgħaddiha bord imma mbagħad kienet tbiddel ‘duties’ biex tmur xogħol l-għassa fejn kien ikun l-akkużat u qatt ma beżgħet mill-konsegwenzi

L-Imħallef Scerri Herrera semmiet ukoll l-atteġjament tal-allegata vittma, bħal per eżempju meta l-Qorti staqsietha dwar il-ħajja personali tagħha, hi wieġbet li dan ma kellu x’jaqsam mal-każ. Fost affarijiet oħra nnotat ukoll li s-sieħeb tagħha ma kinetx qaltlu b’dak li kien allegatament ġralha u hu kien beda jaħseb ħażin fiha. Il-Qorti qalet li l-allegata vittma ppreferiet tibqa’ fl-istess shift ma’ min sturprha milli tbiddel ix-shift.

Il-Qorti ma sibx lill-akkużat ħati ta’ sekwestru

L-eks Kuntistabbli tal-Pulizija minn Ħaż-Żabbar kien qed jiġi akkużat li ħames snin ilu f’perjodu ta’ tliet ġimgħat stupra dik li kienet Kuntistabbli mara darbtejn fl-Għassa tal-Pulizija. Il-ġuri dam sejjer erba t’ijiem, fejn ħarġu fatt li żgur tebbgħu mhux ftit ir-reputazzjoni tal-Pulizija, u dan għax mix-xhieda ħareġ kemm seħħew avvenimenti f’Korp dixxiplinat li ma kellhomx isiru.

Fosthom kemm kien isir namrar fl-Għassa u waqt il-patrol u allegat fastidju sesswali. It-tieni allegata vittma li qalet li kienet iffastidjata mill-akkużat waqt il-ħin tax-xogħol. Ma naqas ukoll kumment tal-prosekutur Avukat Angele Vella, li qalet li fl-Għassa tal-Imsida kien hemm kultuta ta’ impunità.

Sadanittant ħareġ ukoll li l-vittma li kienet qed tallega li ġiet stuprata kienet tibdel ix-xiftijiet biex tkun xogħol mal-akkużat u li kienet ukoll titbewwes ma’ Pulizija ieħor waqt il-ħin tax-xogħol, xi ħaġa li l-Qorti tat piż kbir fuq dan il-fatt. Għaldaqstant l-Imħallef li ppresiedit il-ġuri lestiet il-kompitu u ddeċiedi il-futur ta- eks uffiċjal tal-pulizija li ma nstabx ħati li stupra kollega mara waqt xift ta’ billejl.

Nhar il-Ġimgħa l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kienet semgħet l-argumenti tal-aħħar kemm mill-prosekuzzjoni kif ukoll mid-difiża fi proċess li ma għamel ebda favuri lill-immaġni tal-korp tal-pulizija ta’ Malta. “L-istupru huwa delitt ikrah, iżda li tkun akkużat b’mod falz bi stupru huwa ikrah ukoll,” qal l-avukat Franco Debono, avukat difensur flimkien mal-avukat Edward Gatt, li deheru għall-akkużat.

“Din il-ġimgħa stess fir-Renju Unit mara li jisimha Eleanor Williams intbagħtet tmien snin u nofs ħabs talli sostniet b’mod falz li ġiet stuprata. Il-ġustizzja m’għandhiex issir a skapitu tal-akkużat,” kien qal l-Avukat Debono.

Tenna wkoll li għalkemm l-allegata vittma kellha għarus u tifel, kellha wkoll kollega fil-Korp tal-Pulizija, li ammettiet li kienet toqgħod tbusu.  Irrimarka wkoll li għalkemm issemma ħafna fis-sottomissjonijiet tal-prosekuzzjoni, l-ebda waħda mill-allegati vittmi ma tkellmet dwar il-mistħija. “Biża’ iva. Anzi, kien jiġi diskuss id-daqs tal-ġenitali tal-akkużat ma’ wieħed mill-kollegi tagħha.”

Akkużat jista’ jinstab ħati fuq xhieda ta’ persuna waħda, imma din tkun korraborata – Dr. Franco Debono

“Filwaqt li huwa minnu li qorti tista’ ssib ħtija bis-saħħa ta’ xhieda ta’ xhud wieħed biss, biex xhud irid jiġi emmnut, speċjalment jekk ikun xhud wieħed biss, irid ikun hemm xi forma ta’ korroborazzjoni. Iżda x-xhieda l-oħra tal-prosekuzzjoni kkontradixxew lix-xhud primarju tagħhom, l-allegata vittma ta’ stupru. Ma setgħux ġabu tal-anqas persuna waħda hawn biex tissostanzja dak li kienet qed tallega?”

Debono sostna li l-uffiċjal li qalet li ġie stuprata u li kienet intimidat. “Fil-qorti rajna kif tirreaġixxi għall-awtorità. Għandna nemmnu li l-istess persuna li ġieli sfidat fil-miftuħ lis-superjuri tagħha, u rridu nemmnu li din kienet tibża’ minn persuna tal-istess grad?”

Meta mistoqsija x’heddidha l-akkużata, l-eks uffiċjal mara kienet iddikjarat li kienet tibża’ li tittieħed quddiem bord, li qatt ma ġie identifikat u lanqas l-eżistenza tiegħu mhi kkonfermata, qal Dr. Debono. “Din mhix difiża li tgħid li inti lest li tissottometti għal stupru biex tevita li tgħaddi bord,” żied jgħid l-avukat difensur.

Hi kienet irrifjutat offerti ta’ għajnuna mill-kollegi tagħha, kompla jsostni. “Iż-żewġ uffiċjali li tkellmu magħha qalulna li kienet tbissmet u tkellmet dwar id-daqs tal-ġenitali tiegħu. Meta offrew li jgħinuha, qaltilhom biex iħallu kollox.” “Mhux straordinarju li biddlet ix-shift tagħha biex taħdem mal-akkużat, is-suppost huwa l-istupratur tagħha? Mhux talli ma ppruvatx titbiegħed minnu, imma ppruvat toqgħod aktar ħdejh!

L-uffiċjal li sostniet li ġiet stuprata kienet ġiet deskritt bħala persuna “antisoċjali” mill-allegata vittma l-oħra, qal l-avukat, “minbarra l-ħafna xhieda oħra li xehdu dwar il-karattru tagħha.” Dr, Debono stieden lill-prosekuzzjoni biex “iġġib prova waħda” biex turi li l-vittma rreżistiet, filwaqt li rrimarka li ma ngħatat l-ebda evidenza medika jew fotografika biex issostni dan.

Qal ukoll li l-allegata vittma ta’ stupru kienet attendiet ikla mal-allegat raġel li stupraha, u dan wara l-allegat stupru, u staqsa jekk dan kienx jagħmel sens.   Qal li l-prosekuzzjoni ma kinitx indirizzat il-kwistjoni tal-kunsens fl-argumenti tagħha. “

Dr. Debono għamel ukoll is-sottomissjonijiet tiegħu fuq l-allegata vittma li ġiet immolestata u mhux stuprata.  Qal li l-iktar, din kienet kienet vittma ta’ fittaġni minn naħa tal-akkużat u kienet qed “iġġebbidha xi ftit” billi sostniet li għaddiet minn “martirju”. Irrimarka li biċ-ċar hija kellha karattru sod u kienet insistiet diversi drabi li s-sitwazzjoni kienet taħt kontroll.

L-akkużat kien iħoss li qatt ma seta’ jagħmillu xejn – Dr. Angele Vella

Minn naħa tagħha il-prosekuzzjoni kienet iddeskriviet lill-imputat bħala li persuna moħħu fih innifsu “untouchable” u dn għax kien jilbes fl-uniformi. L-Avukat Angele Vella, li qed tmexxi l-prosekuzzjoni flimkien mal-avukat Darlene Grima, fl-aħħar sottomissjonijiet kkwotat minn sentenza riċenti fir-Renju Unit kontra l-uffiċjal tal-pulizija u stupratur David Carrick, li rċieva sentenza ta’ għomru l-ħabs aktar kmieni din is-sena, Vella qalet li l-akkużat aġixxa bħallikieku ħadd ma jista’ jagħmillu xejn, fiduċjuż li l-ebda vittma ma kienet se tagħmillu xi ħaġa li wettaq u li kienet, lanqas kien jibża’ li l-vittma se tirrapportah u sejħet dan l-aġir bħala wieħed tal-tal-mistħija.

Hi enfasizzat dak sejjħet il-ħsieb bir-reqqa li l-akkużat biex jgħatti s-traċċi tiegħu, filwaqt li rrimarkat lill-imħallef president Consuelo Scerri Herrera li l-imputat fil-fatt mhux jibgħat messaġġi lill-vittmi, li kienu jħallu traċċi diġitali – iżda kien se jikteb biss. lilhom fuq il-mobile tiegħu u jurihom.   

Il-prosekutur iddeskriviet lill-imputat bħala “ġgant ta’ 27 sena,” u kkuntrasta mal-mara diminuttiva, li dak iż-żmien kienet kellha 22 sena, mingħajr esperjenza tal-ħajja meta mqabbla miegħu. Qalet li huwa kien jippjana x-xift tiegħu biex jiżgura ċans aħjar li jispiċċa waħdu magħha fl-għassa tal-pulizija tal-Imsida. “Hu kaxkarha minn spallejha għal-kamra tas-Surġent. Imma qabel da talabha sess orali u hi qaltlu le, u li kellha sieħeb u tifel.”

 “Is-sess orali ma kienx biżżejjed għalih,” qalet il-prosekutur, għax la darba kien beda ma waqafx u stupraha. Kien għaqli. Hu ma eġakulax ġewwa u kien attent li ma jħallix evidenza warajha.” Vella rrimarkat kien uża t-theddida ta’ bord ta’ dixxiplina biex issottometta psikoloġikament lill-mara.

“Hu kien qed jissottomettiha għall-intimidazzjoni fuq il-post tax-xogħol tagħha, jwissiha biex ma tgħid lil ħadd, kien jgħidlha li hu s-surġent tagħha, anke jekk ir-rank tiegħu kien ta’ kuntustabbli. Hi ma kellha ħadd biex jgħinha, għax ħadd mill-kollegi tagħha ma għenha.”

Il-prosekutur qalet ukoll li l-akkużat kien ta fastidju lill-uffiċjal mara oħra, li llum għadha fil-Korp tal-Pulizija u ħadet ukoll promotion. “Ma kienx biss fastidju sesswali, iżda fastidju b’mod ġenerali kontinwu fuq il-post tax-xogħol,” qalet l-Avukat Vella.  

Irrimarkat li s-Surġent li kien qed jaħdem magħhom f’wieħed mix-xifts ta’ billejl kien l-ewwel sostna li kellu ngħas wara li ħa mediċina għal riħ waqt il-ġuri. “Alla jbierek Ħames snin wara ftakar li kien ħa l-mediċina, għax qabel ma kien qal xejn”

Kultura ta’ impunità fl-Għassa tal-Pulizija

Biex wieħed imur fit-toilet tal-għassa kien jinvolvi li jitla’ 23 tarġa, u għalhekk il-kċina kienet aktar komda, qalet Dr.Vella. “Reġa’ għamel l-istess ħaġa li kien għamel. Ħassu dejjem li ħadd ma jista’ jagħmillu xejn.” L-azzjonijiet tal-akkużat “kissru lill-vittma fiżikament u psikoloġikament,” kompliet tgħid. Vella saħqet dik li ddeskriviet bħala kultura ta’ impunità fl-għassa tal-Imsida dak iż-żmien. “L-imputat kien ukoll jieħu miegħu nisa pajżana biex isuqu fil-karozza tal-pulizija, jilgħab logħob bl-Xbox ma’ Pulzija oħra waqt il ħin-xogħol… attitudni ta’ kulħadd jagħmel li jrid.   

“Aħna nemmnu li l-istupru ġie ppruvat ħafna, lil hinn minn kull dubju raġonevoli. “Hawn kellna awtur tat-tip intelliġenti, u li ma ħalla l-ebda traċċa. L-Avukati Angele Vella u Darlene Grima mexxew il prosekuzzjoni f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Il-Qorti finalment iddeċidiet favur l-akkużat minħabba nuqqas ta’ provi minn kull aspett,

Għall-akkużat dehru l-avukati Edward Gatt u Franco Debono. L-avukati Lara Dimitriyevic u Stephanie Caruana qed jidhru għall-allegati vittmi. Il-każ kien investigat mill-Ispettur Joseph Busuttil u Mark Mercieca.