Formula 1 Sport

Sergio Perez jirbaħ f’Jeddah fl-Arabja Sawdija

(Ritratt: EPA)

Fiċ-ċirkwit ta’ Jeddah fl-Arabja Sawdija Sergio Perez irnexxielu jegħleb l-isfida ta’ sieħbu Max Verstappen biex rebaħ il-Grand Prix, b’Fernando Alonso jtemm fit-tielet post, iżda liema post tilfu wara li rċieva penalty fejn temm fir-raba’ post, b’George Russell jtemm fit-tielet post.

Fil-ħames post temm Lewis Hamilton fuq Mercedes filwaqt li l-koppja ta’ Ferrari Carlos Sainz u Charles Leclerc temmew fis-sitt u s-seba’ post rispettivament.

Is-sewwieqa ta’ Alpine Esteban Ocon u Pierre Gasly temmew fit-tmien u d-disa’ post filwaqt li Kevin Magnussen ta’ Haas temm fl-għaxar post biex ħa l-aħħar punt fl-Arabja Sawdija.