It-Tnejn filgħodu ingħatat l-aħħar tislima lil Edwin Grech, eks Ministru fi żmien il-Gvern ta’ Alfred Sant u Professur tal-ġinekoloġija.
Edwin Grech – li huwa missier Karin Grech – ingħata l-aħħar tislima, fil-knisja Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes f’San Ġwann. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa saret ċerimonja funebri fiż-Żebbuġ Għawdex.
Il-Professur Edwin Grech miet nhar l-Erbgħa li għadda fl-età ta’ 94 sena – professjonist mediku li kien deskritt bħala bniedem umli, u li kellu fidi sħiħa f’Alla.
Fl-omelija tiegħu il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Mons. Charles Cordina stqarr li Edwin Grech kien xempju ta’ mħabba ta’ missier, li kellu għal qalbu mhux ftit il-prinċipju, fejn għex ħajtu jipprova jgħin lill-ħaddieħor, iżda wkoll bit-trawma tal-mewt ta’ bintu.
Preżenti għall-funeral kien hemm il-familja tal-Professur Grech. Attenda wkoll in-neputi ta’ Edwin Grech, il-Kap tal-PN Bernard Grech flimkien ma’ martu AnneMarie, il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calscione, u personalitajiet oħra li ħadmu viċin Edwin Grech.
//= $special ?>