Il-ħbieb ta’ Jean Paul Sofia waħħlu banner bil-kliem #Justiceforjeanpaulsofia viċin l-iskate park fl-Imsida. Dan bil-għan li tkompli tiżdied il-pressjoni biex tinfetaħ inkjesta pubblika wara l-mewta traġika ta’ dan iż-żagħżugħ f’Diċembru li għadda.
Il-familja ta’ Jean Paul ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat tappella lill-Gvern ta’ Robert Abela biex jaħtar inkjesta pubblika sabiex tkun magħrufa l-verità kollha u nsiru nafu min huwa verament responsabbli ta’ dak li seħħ f’din il-binja f’Kordin.
F’post fuq il-media soċjali, il-ħbieb ta’ Jean Paul kitbu li din l-inkjesta hija essenzjali, sabiex ilkoll insiru nafu għalfejn ħajjet Jean Paul Sofia, mimlija saħħa u mħabba, ġiet brutalment maħsuda nhar it-3 ta’ Diċembru f’sit ta’ kostruzzjoni.
//= $special ?>