Sport Waterpolo

Exiles fil-Kampjonat Premier permezz tar-rebħa ta’ Neptunes

(Ritratt: Joseph Galea)

Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT………. 9

NEPTUNES VIDEOSLOTS… 11

(2-3), (3-1), (1-5), (3-2)

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (2), L. Galea (4), D. Rizzo, S. Engerer, B. Cachia (1), J. Cutajar (1), M. Mifsud, J. Brownrigg, E. Schembri, Z. Mizzi, D. Zammit (1), A. Bugeja, J. Sciberras

Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja, S. Gialanze (3), G. Pace, L. Mallia, M. Zammit, M. Castillo (1), J. Camilleri (2), R. Galea, J. Bajada, A. Fenech (5), E. Mallia, M. Farrugia, A. Fava

Referees: Massimo Angileri, Peter Balzan

Neptunes Videoslots irnexxielhom jispiċċaw Grupp A fil-quċċata wara li rebħu l-konfront dirett kontra Sliema Frank Salt. Konfront missielet li fih Neptunes ħasdu lill-avversarji f’mument partikolari tal-logħba. Din kienet l-ewwel telfa għal Sliema.

Sliema wieġbu f’żewġ okkażjonijiet wara l-gowl tal-avversarji sakemm Sam Gialanze poġġa lil Neptunes għat-tielet darba fil-vantaġġ. Reazzjoni minn Sliema fit-tieni sessjoni wasslet biex dawru l-vantaġġ għal 5-3 iżda l-gowl ta’ Alec Fenech witta t-triq għar-rimonta ta’ Neptunes fit-tielet sessjoni.

It-tim ta’ Dorian Pisani dawwar żvantaġġ ta’ 6-4 b’ħames gowls konsekuttivi b’doppjetti ta’ Gialanze, Jordan Camilleri u gowl ieħor ta’ Fenech. Dan għamilha diffiċli għal Sliema biex jirkupraw l-iżvantaġġ. L-iktar li resqu qrib kien żewġ gowls, b’Neptunes jamministraw il-logħba sat-tmiem.

EXILES WELBEE’S……….. 7

MARSASKALA ESC………. 6

(1-1), (2-0), (1-2), (3-3)

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, L. Gialanze, M. Paris Roding, M. Martellacci (1), S. Xerri de Caro (1), M. Fenech (1), K. Griscti (2), N. Paris, D. Fenech (1), M. Aquilina (1), N. Saliba, F. Buhagiar, N. Burlin, A. Farrugia

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, P. Privitera, R. Greco, J. Pace Mizzi, K. Navarro (1), D. Tully (2), D. Pace Lupi (1), G. Sammut (1), J. Ciantar (1), M. Carani, A. Muscat, E. Bilgrin, M. Agius

Referees: Alex de Raffaele, Richard Magri

Exiles kisbu tliet punti fl-aħħar sekondi u kawża tar-rebħa ta’ Neptunes warajhom, se jkomplu t-tieni fażi fil-Kampjonat Premier u kkundannaw lil Marsaskala għall-Ewwel Diviżjoni.

Iż-żewġ timijiet bdew joqogħdu attenti minn xulxin minħabba dak li kienu qed jilagħbu għalih. Exiles kellhom vantaġġ ta’ 3-1 sa tmiem it-tieni sessjoni b’gowls ta’ Mark Fenech u Kurt Griscti minn penalty. Marsaskala rkupraw l-iżvantaġġ fit-tielet sessjoni u għalkemm Exiles bdew l-aħħar sessjoni 4-3 minn fuq, Marsaskala wettqu rimonta.

It-tim ta’ Arpad Babay skorja tliet gowls konsekuttivi u l-vantaġġ ta’ 6-4 bl-andament tal-logħba, deher li seta’ jwitti t-triq għar-rebħa. Kurt Griscti naqqas id-distakk, David Fenech ġab id-draw u fl-aħħar ħames sekondi Matteo Martellacci skorja l-gowl rebbieħ għal rebħa drammatika.

TA’ XBIEX AMIGOS…….. 12

BARRACUDAS………………. 5

(2-1), (4-0), (3-2), (3-2)

Ta’ Xbiex: M. Sladden, M. Bonnici (1), M. Manara (2), L. Grech Carr, L. Falzon, L. Montebello Brownrigg (2), J. Saliba (4), J. Farrugia (1), R. Mock (1), J. Culic, Z. Bartolo (1), M. Curmi, I. Schembri

Barracudas: C. Bugeja, A. Grima Scott, A. Magri, P. Micallef (1), D. Ciantar, R. Sciortino, J. Bugeja, C. Attard, N. Majstorovic, S. Apap, A. Mifsud (3), T.J. Mifsud (1), M. Borg, S. Camilleri, A. Falzon

Referees: Stefan Licari, Ronnie Spiteri

Tasal l-ewwel rebħa ta’ Ta’ Xbiex Amigos. Huma għajr l-ewwel mumenti tal-logħba, qatt ma kienu minn taħt. Wara li Jacob Saliba u Julian Farrugia dawru r-riżultat, Ta’ Xbiex inqatgħu minn mal-avversarji fit-tieni sessjoni b’erba’ gowls mingħajr risposta.

Barracudas pruvaw iwettqu reazzjoni fit-tielet sessjoni, iżda d-doppjetta ta’ Lee Montebello Brownrigg kabbret id-distakk għal 9-3. L-andament tal-logħba baqa’ l-istess fl-aħħar sessjoni.