Kunsilli Lokali Lokali

“Favur il-proġetti, imma hemm bżonn li jingħata widen għall-ilmenti tar-residenti”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qatta’ n-nofs ta’ nhar ta’ dalgħodu fil-Mosta fejn kellu l-opportunità jitkellem mal-Mostin infushom u anke ma’ ħaddiema u sidien tal-ħwienet – negozji li ħafna minnhom ilmentaw fuq ix-xogħlijiet li għaddejin bħalissa fil-pjazza tar-Rotunda.

Bernard Grech minn naħa tiegħu insista li l-PN huwa favur proġetti ta’ tisbiħ, u kien għalhekk li dejjem emmen fix-xogħol tal-Kunslli Lokali li jridu jkunu strumentali biex kull lokalita tmur ‘il quddiem. Iżda insista li f’dawn it-tip ta’ proġetti hemm bżonn li kull Kunsill jisma’ lir-residenti u li l-affarijiet isiru bi pjanar serju.

Għal din iż-żjara fil-Mosta, il-Kap tal-PN kien akkumpanjat mid-deputat David Agius u minn membri tal-Kumitat Sezzjonali tal-PN fil-Mosta.