Lokali

Ħadd ma jaf fejn marru l-miljuni tal-ewro li taw lil Steward

F’inqas minn 24 siegħa, il-Kabinett ta’ Robert Abela ltaqa’ darbtejn. Dan hekk kif sorsi li tkelmu ma’ Net News spjegaw li sforz il-paniku li hemm fil-kuriduri ta’ Kastilja, tard it-Tnejn filgħaxija Abela avża li t-Tlieta filgħodu il-Ministri kellhom jitlaqqgħu f’Kastilja … tant li numru ta’ avvenimenti ministerjali ppjanati li jsiru t-Tlieta filgħodu kellhom ħinhom mibdul.

Għaldaqstant Net News tfaċċa quddiem il-Berġa ta’ Kastilja sabiex jistaqsi lill-Ministri għalfejn il-Gvern qiegħed jitlob lill-Awditur Ġenerali biex jara f’hiex intefqu flus il-poplu.

Net News kompla jinsisti mal-Membri tal-Kabinett iżda ma rċieva ebda tweġiba għajr mill-Ministru Clifton Grima illi qalilna li l-Gvern dejjem ġab l-interessi tal-pazjenti u l-ħaddiema l-ewwel.

Finalment ħareġ minn Kastilja l-Prim Ministru Robert Abela fejn wara li staqsejnih l-istess domanda huwa insista li issa se jkun qiegħed jitlob lil Steward biex jagħtu lura l-flus – meta hu ilu tliet snin sħaħ iżidilhom il-Budget, sena wara l-oħra.