Futbol Sport

It-tim Nazzjonali Malti jasal fil-Maċedonja

It-tim Nazzjonali Malti t-Tlieta filgħaxija wasal fi Skopje, il-Maċedonja biex jibda bil-preparazzjoni, qabel ma’ nhar il-Ħamis jaffaċja lil-Maċedonja ta’ Fuq, fit-Toše Proeski National Arena fi Skopje.

Michele Marcolini sejjaħ skwadra ta’ 24 plejer sabiex fi tliet ijiem jilagħbu żewġ partiti, dik kontra l-Maċedonja ta’ Fuq, li għal Marcolini se tkun id-debutt mat-tim Nazzjonali, u l-aktar waħda mistennija kontra l-Italja, nhar il-Ħadd fl-Istadium Nazzjonali.

Net Sports se jkun qed isegwi dak kollu li qed jiġri fil-Maċedonja, b’kollegamenti diretti kif ukoll il-konferenza tal-aħbarijiet tal-Erbgħa miż-żewġ coaches rispettivi. Se nkunu preżenti wkoll għall-partita tal-Ħamis minn Grupp C ta’ Kwalifikazzjoni għall-EURO 2024 kontra l-Maċedonja ta’ Fuq.