GSSE Malta 2023 Sport

Jissoktaw il-preparamenti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Meta fadal inqas minn 70 jum għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa, it-tħejjijiet għaddejjin fejn f’dawn il-ġranet il-Kumitat Olimpiku Malti organizza f’Malta laqgħa għax-Chefs de Mission u delegati tekniċi li jirrappreżentaw id-disa’ pajjizi tal-Logħob.

Aktar minn 25 delegat ipparteċipaw f’laqgħat u preżentazzjonijiet b’rabta mal-Logħob, loġistika, servizzi mediċi, trasport, ċerimonji tal-ftuħ u tal-għeluq kif ukoll diversi żjarat f’impjanti tal-kompetizzjonijiet, u akkomodazzjoni fejn ser jkunu alloġġjati l-atleti, fejn bħalissa qed isiru xogħlijiet u ser tkun operattiva bis-sħiħ ftit ġimgħat qabel il-wasla tal-ewwel atleti. Id-delegati żaru ukoll il-faċilitajiet fejn se jsiru kompetizzjonijiet waqt il-Logħob.

Filgħaxija, il-Kumitat Olimpiku Malti nhieda l-uniformijiet ta’ Team Malta, fil-preżenza ta’ diversi mistednin, fosthom rappreżentant tal-Gvern, atleti, u rappreżentanti tal-Federazzjoni mill-għaxar dixxiplini sportivi li f’Malta2023

Fost l-atleti li aktarx se jkunu parti minn Team Malta waqt il-Logħob li taw l-ewwel dehra tal-uniformi kienu Lacey Aquilina, Claire Azzopardi, Steve Camilleri, Francesca Catania, Josephine Diaby, Alex Felice Pace, Beppe Grillo, Sandek Khalaf, Michela Mifsud, Janet Richard, Julian Rizzo, Ashley van Vilet Vella u Nathan Xuereb.

L-uniformijiet jgħaqqdu l-elementi ħomor u bojod li jaqgħdu l-enerġija u l-passjoni Maltija – elementi kollha huma wkoll assoċjati mal-isport.

Preżenti Julian Pace Bonello, President, Kumitat Olimpiku Malti. Mark Cutajar, Chairman tal-Kumitat Organizattiv kif wkoll Il-Ministru responsabbli mill-isport Clifton Grima u uffiċjali mill-KOM u mill-istess Kumitat Organizattiv.