Lokali Qorti

Konfermata sentenza sospiża wara li ġibdet €8,000 mill-kont tal-eks partner

Il-Qorti tal-Appell Krimninali preseduta mill-Imħallef Neville Camilleri ikkonfermat sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin fil-konfront ta’ mara li f’Ottubru tal-2018 kienet instabet ħatja li ġibdet is-somma ta’ €8,000 mill-kont bankarju tal-ex sieħeb tagħha.

Il-każ kien seħħ f’Marzu tal-2015 meta Francine Cini ġibdet l-imsemmija somma mill-kont tat-tifdil tal-eks sieħeb tagħha tagħha mingħajr ma nfurmatu u mingħajr ma tat spjegazzjoni dwar x’għamlet bil-flus. Cini kienet appellat mis-sentenza tal-Qorti ta’ Għawdex għaliex ma qiesitx il-fatt li kellha l-prokura fuq il-kont.

Bħal-ewwel qorti, fl- tal-appell ingħad li l-fatt li persuna jkollha l-prokura ta’ persuna oħra, ma tawtorizzahiex tagħmel azzjonijiet qarrieqa. Fil-fatt qalet li huwa fir-responsabbiltà tal-persuna li tara li tħares l-interessi ta’ min fdaha bil-prokura. Qalet li l-aġir ta’ Cini ma jagħmilx sens għax imkien ma sabet prova li l-eks tagħha kien ta struzzjonijiet biex tiġbidlu flusu.

Aktar minn hekk l-Imħallef qal li Cini ma ressqet l-ebda prova ta’ fejn spiċċaw it-€8,000 wara li ġibdithom. Fl-appell tagħha, Cini talbet biex il-qorti tikkunsira l-fatt li hi omm ta’ żewġt itfal żgħar li jiddependu fuqha, li kienet ilha 15-il sena mal-eks tagħha u li għad ma rnexxielhom isibu mezz kif jgħixu b’din il-firda.

Il-Qorti qalet li ma tqiesx li dawn huma argumenti legali validi biex ixejnu jibdlu d-deċiżjoni tal-Ewwel Qorti. Għalkemm qalet li tista’ b’xi mod tifhem l-ispirtu tagħhom, ma tistax tqis li għandhom is-sisien legali biex iddawwar is-sentenza. Dan meħud kont tal-fatt ukoll li hija kienet ammettiet li ffalsifikat il-firma tal-ex tagħha.

Il-Qorti qalet li dak li rriżulta huwa li ġibdet il-flus kontanti u minn hemm ma tressqu l-ebda provi ta’ x’sar minnhom. “kien ikun aħjar li l-mara ressqet xi forma ta’ prova dwar dan iżda dan baqa’ ma sar xejn. Dwar it-talba tagħha biex tonqsilha l-piena, il-qorti tal-appell qalet din taqa’ fil-parametri tal-liġi, anzi tqarreb lejn il-minimu u għalhekk qalet li ma tara ebda raġuni għala għandha tibdilha.