Lokali Qorti

Mixli li sawwat lil martu għax ħaseb ħażin fuqha

Indjan ta’ 39 sena, residenti li l-Imsida u li jaħdem bħala ‘plumber’ ġie mixli quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana li nhar il-Ħadd u fil-ġranet u x-xhur ta; qabel fl-Imsida stess kkaġuna ġrieħi ġfief fuq martu u dan għax issuspetta li kienet qed tkellem lil xi ħadd ieħor.

Christhoppan Silivapillai ġie mixli li sawwat lil martu li tgħix taħt l-istess saqaf u li dawn għandhom wild komuni. L-Ispettur Sherona Buhagiar qalet li l-akkużat lewa jdejn martu, beda jagħtiha fuq darha u rasha u spiċċa ħarġilha d-demm minn ħalqha.

Qalet li kien hemm persuna li waqqaf lill-akkużat milli jkompli jsawwat lil mara, u li din ħarbet ħafja u marret tagħmel rapport. Id-difiża mmexxija mill-Avukat Victor Bugeja qalet li l-akkużut għandu storja twila ta’ abbuż mill-alkoħol. Minn naħa tagħha l-Ispettur Buhagiar qalet li martu qalet lill-Pulizija li ta’ spiss jerfa’ jdejh fuqha, u l-biża’ hi waħda reali.

L-Ispettur kompliet tgħid li dak inhar tal-inċident martu marret għand ħabiba tagħha u Silivapillai mar ifittixha, intalab mandat ta’ arrest li nħareġ it-Tnejn filgħaxija. L-akkuża tgħid li dan ir-reat seħħ bejn is-6pm. u l-10.30pm. Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tiegħu u li ma jistax jikkomunika ma’ martu bl-ebda mod.

Intalab id-divjet fil-konfront tal-akkużat minħabba l-kommunità Indjana u minħabba l-fatt li għandu problemi ta’ xorb. mediċi. Din it-talba sabet oġġezzjoni mill-Prosekuzzjoni bit-talba tad-difiża tiġi miċħuda mill-Qorti, li ordnat ukoll biex l-akkużat jingħata trattament għal kundizzjonijiet li għandu, kemm psikoloġiku, fiżiku u medikali. Ma saret l-ebda talba għall-pleġġ mid-difiża f’dan l-istadju.