Lokali Qorti

Pleġġ għal raġel mixli b’theddid fuq is-sieħba tiegħu li għandha l-eks partner għadu jgħix magħha

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Libjan li jgħix Malta li ġie mixli li hedded lis-sieħba tiegħu “part-time”. Il-Qorti qalet li ma tistax tiċħad it-talba għall-pleġġ fil-konfront ta’ Ahmed Mohammed Alouzi ta’ 41 sena u dan wara li semgħet lill-Prosekuzzjoni tgħid kif l-allegata vittma qaltilha li hi ddaħħlu d-dar meta jkun ‘tajjeb’ imma ma tkunx tridu meta din jibda juża kliem ta’ theddid magħha.

Minn dak li qalet il-Prosekuzzjoni jirrużulta li l-eks partner tal-allegata vittma għadu jgħix fir-residenza tagħha, imma mhuwiex involut fil-każ, anzi skont il-mara ġieli għamel minn kollox biex jaqbeż għaliha u jikkalma s-sitwazzjoni. L-allegat reat seħħ fil-11pm tas-16 ta’ Marzu li għadda, meta allegarament Alouzi mar fir-residenza tagħha u beda jheddidha li jaġixxi li bħal li kieku kienet se tintuża biża fil-konfront tagħha.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sherona Buhagiar qalet li mhux l-ewwel darba li l-koppja kellhom xi jgħidu u jispiċċa jmur jorqod fil-karozza f’garaxx. Qalet ukoll dak inhar hu qabad ju daħal fir-residenza tagħha fejn ikun  hemm iċ-ċwievet imdendlin u li dam joffendiha sal-4am tal-għada.

Qalet li l-għada l-allegata vittma marret twassal it-tifla l-iskola u għall-ħabta tal-10am. għamlet rapport mal-Pulizija li saret vjolenza domestika fil-konfront tagħha. “Mela bl-eks partner għadu jgħix fid-dar magħha, bis-sieħeb preżenti tagħha preżenti d-dar tagħha, tiġi nsulentata minnu, u tagħmel ir-rapport lill-Pulizija fl-10am. Qed niġġennu hawn u mhux ta’ b’xejn dawn il-każijiet qegħdin dejjem jiżdiedu,” qalet il-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li probabbli l-vittma mhux se tkun f’pożizzjoni li tixhed kontrih. “Mhux hekk wieġbet il-Maġistrat Frendo Dimech, u t-turrun tal-kawżi dejjem telgħin.” Il-Qorti qalet li mhux se tħalli bniedem arrestat fuq każ bħal dan hekk kif wissiet lill-akkużat biex bl-ebda mod ma jikkomika magħha, la bil-fomm, la bil-meżżi soċjali jew b’xi mod ieħor inkella jitlef kollox.

Sadanittant qalet ukoll li jekk l-allegata vittma tipprova tikkomunika miegħu, għandha tiġi nvestigata bħala kompliċi f’reat. L-akkużat ġie mixli wkoll li ħebb għas-sieħba tiegħu u li ħareġ il-barra mill-limiti tal-provokazzjoni. Alouzi li qal li jaħdem għal rasu fil-kisu u t-tikħil qal li r-relazzjoni tiegħu mal-mara hija “off and on”.

Hawn il-Qorti staqsietu jekk kien qed jaħdem bil-permessi kollha mal-jobs plus, u din il-mistoqsija saret meta kienet qed tikkonsidra l-pleġġ. L-Avukat Franco Debono, li flimkien mal-Avukat Francesca Zarb deher għall-akkużat qal li hu akkużat fuq vjolenza domestika biss u għalhekk wara li l-Qorti semgħet dan il-każ għandha tiddeċiedi fuqu.

Qal ukoll li Alouzi għandu ħabib tiegħu li lest li jilqgħu għandu d-dar, u li dan joqgħod Santa Venera. Il-Qorti laqgħet ut-talba għall-pleġġ fuq depożitu ta’ 4,000 ewro u garanzija personali ta’ 6,000 ewro, li jiffirma l-Għassa tal-Ħamrun tliet darbiet fil-ġimgħa u li jkun id-dar sad-9pm u ma joħroġ qabel is-7am.