Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Kellna appuntament li niltaqgħu ma’ Elvis, imma nsejna mmorru” – Freddie Portelli

Fi PROFILI tal-lejla l-mistieden se jkun Freddie Portelli. Kantawtur ta’ bosta kanzunetti li llum saru sinonimi ma’ pajjiżna.

Freddie kien ukoll plejer tal-weterpolo u fl-intervista mhux se jkellimna biss fuq is-suċċessi mużikali, iżda wkoll fuq is-suċċess li kiseb bħala plejer tal-waterpolo.

“Fl-Istati Uniti darba minnhom kien hemm min ġie bl-imqass u beda jaqta’ minn xagħrna”

Ir-rakkonti tal-profil se jeħduna għal bosta epsodji fejn ir-rakkontatur se jgħina żgur nidħlu f’kull ġrajja li se jgħidilna.

PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, illejla fit-8.30pm fuq Net TV.