Ekonomija Lokali

ĊIFRI NSO: Ikomplu jiżdiedu l-prezzijiet

L-akbar impatt fl-inflazzjoni tkejjlet fl-Indiċi tal-Ikel b'żieda ta' 2.62%

Fi Frar, ir-rata annwali ta’ inflazzjoni kif imkejjla mill-Indiċi tal-Prezzijiet tela’ għal 7.11%, żieda ta’ 0.17 punti perċentwali fuq ix-xahar ta’ qabel. Din l-Indiċi tkejjel l-ispiża ta’ basket rappreżentattiv ta’ numru ta’ materjal u servizzi.

L-ogħla rata fl-inflazzjoni annwali irreġistrata x-xahar li għadda kien fis-settur tal-propjetà u l-housing, b’inflazzjoni ta’ 14.27%, segwit mill-ikel bi 12.19%.

Fl-indiċi tal-housing, il-kirjiet kellhom rata annwali ta’ inflazzjoni ta’ 8.85%, il-materjali użati għall-manutenzjoni tal-housing irreġistraw inflazzjoni ta’ 13% filwaqt li s-servizzi offruti għall-istess manutenzjoni kellhom inflazzjoni ta’ 17.39%.

L-akbar impatt f’din l-inflazzjoni fost dan il-basket rappreżentattiv tkejjlet fl-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Ikel, b’żieda ta’ b’kontribuzzjoni ta’ 2.62 punti perċentwali minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tat-take-aways.