Lokali

Wara li Steward telqu, il-Gvern jgħid li se jagħmel ‘control step-in’

Ritratt: Matthew Tabone

Il-Gvern fi stqarrija qal illi nnotifika lil Steward li se jkun qed jagħmel ‘control step-in’ biex jieħu f’idejh l-operat tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa.

Il-Gvern qal reġa’ nnotifika lil Steward li ma kienx qed jaċċetta dak li qalet f’dik li sejħet bħala Termination Notice u minflok kiteb lil Steward Malta li l-‘control step-in’ u t-terminazzjoni se jsiru bil-kundizzjonijiet elenkati mill-Gvern. Dan wara li grazzi għall-kawża mirbuħa mid-deputat Adrian Delia, l-isptarijiet reġgħu lura għand il-poplu Malti.

L-istqarrija minn Kastilja qed tgħid illi l-Gvern se jittieħdu l-passi kollha biex din it-tranżizzjoni ssir mingħajr interuzzjonijiet fis-servizz – xi ħaġa li intqalet ukoll il-ġimgħa li għaddiet. 

Intant, fil-Parlament, il-Ministru Chris Fearne qal li diġa’ kien hemm diversi laqgħat bejn l-avukati tal-Gvern sabiex jaraw kif se jwieġbu għall-appell imressaq minn Steward.