Lokali

Abela jgħid biss li “Rosianne Cutajar diġà ħallset prezz qares”

Għaddew 24 siegħa u l-Prim Ministru Robert Abela għadu ma ħa ebda azzjoni fil-konfront tad-Deputat Laburista Rosianne Cutajar dan wara li kienu ppubblika sensiela ta’ chats li saru bejn Cutajar u l-imprenditur Yorgen Fenech.

Mistoqsi minn Net News għala l-Prim Ministru għadu qed iżommha miegħu wara dak kollu li kien żvelat, Abela qal biss li Cutajar diġà ħallset prezz qares meta sentejn ilu rriżenjat minn Segrtarju Parlamentari.

Li nesa jsemmi Robert Abela huwa li sena ilu l-istess Rosianne Cutajar kienet instabet ħatja mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa wara li kisret il-Kodiċi tal-Etika tal-istess Assemblea minħabba li ma ddikjaratx il-qrubija li kellha ma’ Yorgen Fenech.

F’dawn iċ-chats Rosianne Cutajar għamlitha ċara li se tidħol konsulenta biex iddaħħal paga oħra fejn qalet “ma jimpurtanix… kulħadd jitħanżer”.