Lokali

“B’inkjesta Pubblika biss tista’ tinkixef il-verità kollha dwar it-traġedja ta’ Jean Paul Sofia” – ŻĦN

Il-Moviment taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara imnikket u rrabjat li ħajjet persuna oħra ntemmet kiesaħ u biered f’sit tal- kostruzzjoni, din id-darba ta’ Jean Paul Sofia.

Dawn l-imwiet u l-inċidenti – u l-isfreġju li jġibu għall-qraba – ma kellhom qatt iseħħu. Issa, biex issir ġustizzja ma’ Jean Paul u dawk kollha feruti fl-inċident li seħħ f’Kordin f’Diċembru 2022, kif ukoll biex traġedji bħal dawn qatt ma jerġgħu iseħħu, Il-Moviment ŻĦN isejjaħ biex issir Inkjesta PUBBLIKA.

Permezz ta’ Inkjesta Pubblika biss il-poplu Malti u Għawdxi, u l-familja kollha affettwati jistgħu jaraw li is-sewwa u l-ġustizzja jiġu mħarsa fil-konfront tal-kilba u l-anarkija li bħalissa jikkaratterizzaw is-settur tal-kostruzzjoni f’Malta.

Il-Moviment taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara sostna li m’għandu xejn iktar xi jżid mal-ittra miktuba lill-membri parlamentari li ntbagħtet minn Isabelle Bonnici, omm “il-maħbub u qatt minsi” Jean Paul Sofia, hawn taħt.