Lokali Parlament

Il-gvern jibdel il-pożizzjoni u issa jaċċetta li jitwal il-ħin tal-arrest fuq reati gravi… imma jmur fl-esaġerat

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-gvern bidel il-pożizzjoni tiegħu u issa jaċċetta li jitwal il-ħin tal-arrest fuq reati gravi iżda mar fl-esaġerat.

Fil-parlament Karol Aquilina qal li l-prinċipju tal-liġi hu l-Pulizija meta jkolhom reati serji ħafna bħall-ħasil ta’ flus u reat ta’ qtil li jġorru piena ta’ iktar minn 12-il priġunerija; liema reati b’impatt kbir fuq is-soċjetà jkollhom ħin addizzjonali biex iwettqu l-investigazzjonijiet tagħhom.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li meta persuna tiġi arretstat din tingħata d-drittijiet tagħha fosthom li tkun rileaxxata effettivament fi żmien 48 siegħa iżda iss ab’dawn l-emendi, meta jun hemm reati serji, il-pulizija tista’ titlob il-permess lill-maġistrat biex il-persuna tibqa’ arrestat għal iktar żmien sa massimu ta’ ħamest ijiem u nofs.

Hu qal li l-prinċipju hu tajjeb biex il-pulizija tkun tista’ tagħmel xogħlha sew quddiem investigazzjonijiet f’każi serji. Il-pulizija jridu juru li għandhom pjan fl-investigazzjonijiet biex jingħataw iktar ħin.

Id-deputat Nazzjonalista qal li s-sena li għaddiet, l-Oppożizzjoni ressqet abbozz ta’ liġi li jinkludi dak li qed jippreżenta l-gvern. Fil-vot il-gvern ivvutaw kontra dak l-abbozz, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li issa l-gvern qed jivvota favuriha; damu sena u nofs biex ikkonvertew.

L-emenda li kien ippropona l-PN kien fih il-proposta li l-ħin ta’ arrest ikun sa 72 siegħa. L-ebda liġi f’pajjiżi barranin ma tistipula 132 siegħa ta’ arrest għaliex dawn huma ħamest ijiem; kif qed jipproponi l-gvern Laburista.

Karol Aquilina qal li l-liġi għandha tirrispetta d-drittijiet tal-persuni suspettati biex ma jkunx hemm każi ta’ ksur ta’ drittijiet. Hu sostna li l-proposta tal-gvern li persuna tista tinżamm 132 sena arrestata għandha l-possibbiltà li tkun qed tikser id-drittijiet tal-bniedem. Fl-Ingilterra l-arrest massimu jitla’ sa 96 siegħa għalkemm fuq terroriżmu persuna tista’ tinżamm 14-il jum. Fl-Italja u Franza l-perjodu ta’ arrest massimu hu ta’ 96 siegħa arrest.

Hu qal li din il-liġi għandha element ta’ esaġerazzjoni li għandu jkun evitat u sostna fir-reat ta’ ħasil ta’ flus kommess minn grupp ta’ nies, jekk il-pulizija tarresta lil dan il-grupp ta’ nies allura l-pulizija bilfors ikollha bżonn ħafna iktar ħin fl-investigazzjoni.

Kieku l-pulizija tieħu azzjoni fuq Vitals u tarresta lil Joseph Muscat, Chris Cardona, Konrad Mizzi, Keith Schembri u Edward Scicluna hu ovvju li għandha bżonn ammont ta’ ħin biex tinvestiga, sostna Karol Aquilina, li qal li tajjeb li jkun hemm l-involviment tal-Avukat Ġenerali biex isiru l-aqwa proposti għal din il-liġi.