“Il-kawlata tat-tliet sptarijiet li naħseb għad baqalha x’tagħtina f’sorpriżi u f’diżappunti u tiżvela fost oħrajn, żewġ problemi fondamentali fit-tmexxija pubblika tal-pajjiż.
L-ewwel, li ntilfet ħafna mit-tifsira tal-amministrazzjoni pubblika.
It-tieni, bqajna wisq bl-idea li jekk iddaħħal is-settur privat fit-tmexxija pubblika – jekk tipprivatizza — se tkun qed tixtri biljett irħis għall-effiċjenza.”
Dan hu dak li kiteb il-Membru Parlamentari Ewropew u l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant fuq Facebook fejn tenna li mal-affarjiet tal-Gvern qatt m’għandhom jitmexxew qisu kien hemm xi arranġamenti bejn 2/3 individwi “ta’ ġewwa” u li lanqas ma jistgħu jitmexxew qishom qed imexxu kumpanija privata.
Alfred Sant tenna li l-proċeduri stabbiliti tat-tmexxija pubblika huma differenti u dejjem jeħtieġ li jkunu segwiti b’lealtà biex tkun assigurata t-trasparenza u s-sens ta’ kontabbilità.
L-eks Mexxej Laburista qal li mingħajr dawn il-prinċipji jikber iċ-ċans li deċizjonijiet bħal dawn, deskritta bħala kuraġġużi, jispiċċaw diżastri monumentali.
B’reazzjoni għal din il-post, kien hemm bosta li kkumentaw fejn raġel qal li jixtieq li l-kriminali ma jkomplux jaħtfu l-Partit Laburista.
Oħrajn qalu li fil-Partit Laburista min irid politika ġenwina qed iqaċċtuh ‘l hemm. Persuna oħra saqsiet meta l-PL se jitnaddaf, għax kif inhu għaddej, qed jeqred it-twemmin tiegħu.
//= $special ?>