Lokali Parlament

Il-Kummissarju tal-Pulizija missing in action

Joe Giglio, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal fil-parlament li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż hi waħda prekoppanti bil-pulizija dimotivata u l-Kummissarju Angelo Gafa “misisng in action”.

Joe Giglio qal li l-Ministru tal-Intern aġixxa fil-każ ta’ Bernice Cassar billi sejjaħ inkjesta biex ikun determinat x’wassal għal dan il-qtil. Il-konklużjoni tal-inkjesta kkonfermat nuqqas ta’ riżorsi fil-Korp tal-Pulizija iżda fil-fatt ma kienx hemm bżonnha għaliex kulħadd jaf liir-raġuni għat-traġedja hi l-problema tan-nuqqas ta’ riżorsi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li din l-inkjesta kkonkludiet dak li l-ministru suppost qed jgħix kuljum u sostna li jeżistu nuqqasijiet kbar dar kif qed tkun indirizzata s-sigurtà fil-pajjiż.

Joe Giglio qal li għad hawn sitwazzjoni li fiha l-Korp tal-Pulizija huma dimotivati fejn uffiċjali ogħla qed jitilqu minħabba d-dimotivazzjoni. L-obbligi tal-motivazzjoni fil-Korp tal-Pulizija hi biss tal-Ministru tal-Intern, li qed jonqos bis-sħiħ f’dan l-aspett. Hu qal li l-applikazzjonijiet għal rekluti ġodda hu miżeru minħabba li mhux qed ikunu attirati nies.

Din hi t-tielet sena minn meta l-Korp kellu Kummissarju ġdid; Angleo Gafa, sostna Joe Giglio, li kompla li minkejja l-programm li għamel, dak li suppost kellu jagħti lill-Korp ma twettaqx.

Ir-riżultati mhux jinħassu, mhux biss fil-motivazzjoni iżda lanqas fl-investigazzjonijiet u fl-infurzar. Hi preokkupanti ħafna li l-qrati annullat il-kuntratti tal-isptarijiet iżda l-Kummissarju m’għamel xejn biex jinvestiga.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeżistu ħafna reati oħra li l-Kummissarju mhux jagħti kashom u sostna li l-Kummissarju jinsab missing in action fit-trading in influence.

Joe Giglio kompla li l-gvern m’għandux jinħeba wara l-inkjesti maġisterjali u sostna li l-pulizija tista’ tinvestiga b’mod separat u indipendenti mill-inkjesti maġisterjali. Jeħtieġ maġistrati li xogħlhom ikun biss fuq l-inkjesti; illum il-maġistrati għandhom wisq xogħol li jridu jlaħħqu miegħu. Għalhekk dawn qed jaħdmu b’mod part-time fuq l-inkjesti waqt li l-pulizija m’għandhomx dawn id-diffikultajiet.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pulizija qed jagħmlu l-mirakli minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi. Hu sostna li l-Korp tal-Pulizija għandhom wisq xogħol iżda mhux imħallas tajjeb.

Joe Giglio qal li diversi entitajiet oħta fosthom ID Malta mhux attrezzat biżżejjed biex jimplimenta d-dover ta’ infurzar. Hu qal li m’hemmx koordinazzjoni bejn il-permessi ta’ ID Malta u l-Korp tal-Pulizija.

Joe Giglio kompla li jeżisti nuqqas ta’ infurzar fuq is-siti ta’ kostruzzjoni b’konsegwenza li qed imutu n-nies kemm ħaddiema kif ukoll persuni viċin siti ta’ kostruzzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jsiru kemm isiru liġijiet u liċenzji, l-importanti hu li jsir l-infurzar neċessarju. Hu sostna li n-nuqqas ta’ sigurtà mhix biss minħabba r-rata ta’ inċidenti jw nuqqas ta’ riżorsi tal-entitajiet inkluż l-OHSA għandhom, imma hemm ukoll nuqqas ta’ infruzar fit-traffiku.

Fit-toroq hemm sitwazzjoni fejn ħadd mhu sigur għaliex m’hemmx biżżejjed dixxiplina u rieda biex isir investiment fl-edukazzjoni u fl-awto-dixxiplina.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern m’għandux ir-rieda li jimplimenta dawn il-miżuri u sostna li lanqas l-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida mhi sigura. Hu sostna li hawn bżonn bidla fil-mentalità għaliex ma tistax tibqa’ tingħata l-impressjoni li qisu xejn mhu xejn. Il-Ministru tas-Sigurtà sar il-ministru tal-insigurtà, sostna d-deputat Nazzjonalista.