Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: Starlites FIJO jegħlbu lil Depiro qabel ma jiltaqgħu fil-play-offs

Colin Schembri

Hibernians………70

Fusion Quest…..44

(20-9)(15-10)(19-11)(16-14)

Dawn iż-żewġ timijiet kieni qiegħdin jagħmlu l-aħħar dehra tagħhom fil-kampjonat bil-Hibs jonqoshom il-finali tan-Knockout li però tintlagħab wara s-semifinali tal-playoffs bejn Starlites u Depiro. B’ekk il-coach Sandro Farrugia għandu biċċa xogħol biex iżomm il-players motivati sa’ dik il-ġurnata għalkemm uħud mill-players għadhom involuti f’kampjonati oħra tal-juniors. Fusion kellhom bidu tajjeb hekk kif bdew bi trippla ta’ Elena Pace u marru 7-2 minn fuq. Ir-reazzjoni tal-Hibs però bdiet ġejja mir-raba’ minuta ‘l quddiem tant li għamlu run qawwija ta’ 18-2. Huma kellhom fost l-oħrajn il-punti minn Elena Cassar, Kenyotta Jenkins, Julija Dabic, Jasmine Abela u trippla ta’ Ashleigh Van Vliet għal skor ta’ 20-9. It-tieni taqsima fetħet b’żewġ baskets oħra ta’ Cassar qabel ma Fusion kellhom sitt punti mingħajr risposta. Wara punti fuq kull naħa, Hibs kellhom tlett baskets mingħajr risposta u daħlu jistrieħu 35-19 minn fuq.

Fit-tielet taqsima kien hemm fost l-oħrajn break qasir ta’ 8-2 minn Fusion għalkemm il-Pawlisti kellhom vantaġġ tajjeb wara baskets minn Jenkins u Dabic. Hibs komplew bi break ta’ 8-0 bi trippla oħra ta’ Van Vliet għal skor ta’ 54-30. Fl-aħħar taqsima kien hemm botta u risposta għal ħin twil b’Fanny Fabok tagħmel diversi punti għal Fusion bil-Hibs ikollhom risposta minn Iona Agius u Julia Gauchi fost l-oħrajn hekk kif huma ħadu r-rebħa 70-44.

HiberniansI. Agius 4, A. Van Vliet 19, S. Brincat 7, B. Agius, J. Abela 2, K. Jenkins 18, K. Conti, J. Gauchi 2, E. Cassar 14, J. Dabic 4, M. Mendez.

Fusion Quest: T. Azzopardi Deguara, M. Momcilovic 2, M. Stefanovic 3, E. Pace 3, E. Amorin, J. Londono, A. Caballero 6, F. Fabok 19, N. Pejcic 11.

Referees: Gianfranco Russo, Denise Said Hollier

Starlites FIJO……..68

ARMS Depiro………50

(24-7)(9-15)(15-13)(20-15)

Dawn iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu fis-semi-finali tal-playoffs u għalhekk il-partita serviet bħala l-aħħar prova miż-żewġ coaches qabel din is-semifinali importanti li r-rebbieħ tagħha jaffronta lil Caffè Moak Luxol fil-finali tal-kampjonat. Kienu Starlites li ħadu r-rebħa 68-50, kif għamlu fit-tlett konfronti ta qabel. Iż-żewġ timijiet kellhom players neqsin bħal Michela Zammit Cordina, Andie Saliba u Stephanie Davies għal Starlites u Julia Xerri, Claire Ciantar u Julia Borg għal Depiro. Starlites iddominaw il-ftuħ tal-partita meta għamlu run qawwija ta’ 19-2 fejn fetħu bi trippla ta’ Mikela Riolo flimkien mal-punti ta’ Steffi De Martinou Amelia Simmons. Wara li Depiro kellhom risposta minn Casey Samuels, Starlites kellhom trippla ta’ De Martino għal skor ta’ 24-7. Fit-tieni taqsima, l-punti naqsu għalkemm Depiro għamlu run ta’ 12-3 bi trippli minn Samuels u Nicole Agius. Riolo wieġbet għal Starlites li daħlu jistrieħu 11 minn fuq 33-22.

Starlites baqgħu fil-kontroll ankè matul it-tielet taqsima u wara trippla oħra ta’ De Martino u basket ta’Simmons kabbru l-vantaġġ għal 15 -il punt 40-25. Samuels għamlet żewġ trippli għal Depiro però l-vantaġġ ta’ Starlites baqa’ stabbli 48-35 fi tmiem il-perjodu. Fl-aħħar sessjoni l-partita kienet deċiża u għal xi ħin il-vantaġġ ta’ Starlites saħansitra kiber għal 22 punt qabel ma Samuels bi trippla u Agius bl-aħħar basket għalqu l-partita bi Starlites joħorġu rebbieħa 68-50.

Starlites FIJO: M. Riolo 10, M. Sciberras, M. Bonett, S. De Martino 18, M. Fenech 4, A. Simmons 26, C.Cilia, K. Mifsud, C. Curmi 4.

ARMS Depiro: Ni. Agius 16, J. Mallia, L. Duncan 2, No. Agius, C. Samuels 27, N. Borg, L. Camilleri, J. Magri 3, E. Cassar 2.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Julie Londono