Futbol Sport

L-art tal-Victor Tedesco Stadium tingħata lill-Ħamrun Spartans

Is-sit tal-Victor Tedesco Stadium se jgħaddi fuq il-kotba ta’ Hamrun Spartans għad-49 sena li ġejjin, wara ftehim li kien iffirmat it-Tlieta filgħaxija.

Il-klabb kien ilu għall-aħħar snin jappella biex jintlaħaq dan il-ftehim, li permezz tiegħu issa jista’ jibda proċess għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ din iż-żona fl-inħawi magħrufa bħala l-Mile End.

Hamrun Spartans qed jimmiraw li jinħoloq kumpless sportiv li jinkludi wkoll faċilitajiet għall-Hamrun Spartans FC Daikin School of Excellence, studenti ta’ skola fl-inħawi kif ukoll mill-komunità.

Il-klabb qed jimmira wkoll li joħloq spazju għal dixxiplini sportivi oħra, waqt li jkompli jibni fuq il-viżjoni li Hamrun Spartans issir organizzazzjoni professjonali.