Lokali

L-ebda gidba ta’ Robert Abela ma tista’ tneħħi l-ħniżrijiet – PN

Ritratt: Matthew Tabone

L-ebda gidba u attentat fjakk li jista’ jipprova joħloqRobert Abela ma jistgħu jneħħu l-ħniżrijiet li qed ikomplu jaħkmu lill-Grupp Parlamentari tiegħu. 

Dan intqal fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista.

Fi kliem id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar, “kulħadd jitħanżer.” Għandha raġun.

Fl-istqarrija intqal li Robert Abela reġa’ għażel li jiddefendi l-ħniżrijiet. Għax għal Robert Abela, li jagħżel il-ħniżrijiet hu normali. Għax għalih, bħal ta’ qablu, li jiddefendi deputati b’rabtiet ma’ min hu akkużat li kien il-moħħ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hu normali. 

Għax iddisprat u dgħajjef, Robert Abela qed jerġa’ jagħżel li jigdeb biex jostor il-ħniżrijiet.