Lokali

L-għaqda ‘Nisa Laburisti’ tiddefendi lil Rosianne Cutajar

Nisa Laburisti ħarġu stqarrija biex jiddefendu lid-deputat Rosianne Cutajar. Dan wara li fl-aħħar 24 siegħa ġew żvelati fatti xokkanti dwar ir-rabta ta’ Yorgen Fenech ma’ Kastilja, u l-kuntatti li kien ikollu regolarment ma’ Cutajar.

Nisa Laburisti qalu li d-deputat Laburista “ġiet attakkata” – b’referenza għall-blogg tal-ġurnalist Mark Camilleri li kixef komunikazzjoni regolari li Cutajar kien ikollha ma’ Yorgen Fenech.

L-għaqda qalet li ma tistax tibqa’ siekta dwar dan l-aġir meta b’mod konsistenti jidher biċ-ċar li hawn min iħossu iktar komdu jagħmel dawn l-attakki speċjalment għax qed jagħmilhom fil-konfront ta’ politiku mara. Għalkemm b’dan it-ton, spiċċat titfa’ dubji fuq il-ġurnalist li ppubblika iċ-chats sigrieti.

L-istqarrija li ħarġet miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fl-ebda ħin ma tiċħad il-kontenut ta’ dak li ġie ppubblikat fil-blogg ta’ Mark Camilleri.