Internazzjonali

L-Iskozja: Bastiment imil fuq ġenb fit-tarzna ta’ Edinburgh

Talanqas 25 persuna spiċċaw midruba wara li bastiment li jintuża għal missjonijiet ta’ riċerka miel fuq ġenb waqt li kien salpat fit-tarzna ta’ Edinburgh.

Is-servizzi Skoċċiżi għall-emerġenzi qalu li wħud mill-midruba ttieħdu lejn l-isptar għall-kura waqt li l-midruba l-oħra kienu trattati fuq il-post tal-inċident fl-Imperial Dock fil-port ta’ Leith, lejn it-tramuntana tal-kapitali.

L-awtoritajiet, intant, wieġbu immedjatament għas-sitwazzjoni tal-bastiment ‘Petrel’ li kellu jinqala’ minn mal-baċir għal raġunijiet mhumiex spjegati.

Fil-pront ħarġu wkoll sensiela ta’ ritratti u filmati li juru lill-bastiment ta’ 3,000 tunnellata maqlub fuq il-ġenb u waqt li s-servizzi għall-emerġenzi kienu qed jippruvaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni.